MERĦBA MILL-ONOR LOUIS GALEA, SPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI, LILL-ET S-SUR BAN KI-MOON, SEGRETARJU ĠENERALI TAN-NAZZJONIJIET UNITI, FL-OKKAŻJONI TAŻ-ŻJARA U L-INDIRIZZ TIEGĦU LILL-KAMRA TAD-DEPUTATI TA’ MALTA, IL-BELT VALLETTA–L-ERBGĦA, 22 TA’ APRIL 2009
PR0652
22/04/2009
Eċċellenza
| Ninsab ċert li r-Rappreżentanti eletti tal-poplu | Malti u Għawdxi, miġbura f’din il-Kamra tad-Deputati, bil-ferħ jingħaqdu miegħi biex nagħtuk merħba minn qalbna u nroddulek ħajr li għoġbok tiġi u tiltaqa` magħna fl-okkażjoni taż-żjara uffiċjali tal-Eċċellenza Tiegħek f’pajjiżna. |
| L-istorja ta’ pajjiżna, u b’mod partikolari dik | ta’ dan il-Parlament, juru li, minkejja d-dibattitu ħaj fuq kollox u f’kull ħin frott ta’ demokrazija dinamika, dak li għandna nieqes fid-daqs inpattu għalih fir-rieda qawwija u fl-għaqal tal-poplu tagħna li ssielet u ħabbrek biex jikseb is-sliem u l-ġustizzja fit-tgawdija sħiha tad-drittijiet u l-libertajiet fondamentali tal-bniedem. Filwaqt li f’dan l-ambjent ta’ sovranita’, libertà u demokrazija l-poplu kiseb livell ta’ għixien u kwalità ta’ ħajja mill-aħjar fid-dinja, il-politiċi Maltin rappreżentati f’dan il-Parlament ħabirku, u qed ikomplu jħabirku, fl-impenn tagħhom għal aktar prosperita’, sliem u ġustizzja mhux biss f’pajjiżna, iżda wkoll fir-reġjun Ewro-Mediterranju u fil-bqija tad-dinja. Ngħidlek ukoll li napprezzaw ħafna l-ħidma effettiva tiegħek f’kull aspett tat-tmexxija tan-Nazzjonijiet Uniti, organizzazzjoni li Malta dejjem appoġġjat bl-aħjar ħila u impenn. Napprezzaw ukoll l-interess tiegħek fil-kollaborazzjoni bejn in-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Inter-Parlamentari. |
| Waqt | li nerġa` nassigurak mill-ogħla stima tiegħi, nistiednek sabiex issa tindirizza lill-Onorevoli Membri. |
DOI – 22.04.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984