REGOLARIZZAZZJONI TA’ LIFTS MINGĦAJR CE MARK
PR0651
22/04/2009
| Kull lift installat wara t-30 | ta’ Ġunju 2002 għandu jilħaq il-kondizzjonijiet meħtieġa fir-Regolamenti tal-Lifts tal-2002 (Kap. 427.37) u jkollu s-CE Mark. Madankollu, huwa maħsub li hemm numru ta’ lifts installati wara din id-data li mhumiex konformi mar-Regolamenti tal-Lifts tal-2002 (Kap. 427.37). |
| Dan jimplika li lifts li | mhumiex konformi mar-Regolamenti tal-Lifts tal-2002 (Kap. 427.37) huma potenzjalment fi stat ta’ illegalita’ fejn għandu x’jaqsam l-Att dwar is-Sigurta’ tal-Prodotti. Dawn il-lifts huma magħrufa bħala “lifts mingħajr is-CE mark”. |
| Id-Direttorat tal-Affarijiet | Regolatorji (RAD) fi ħdan l-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards bħalissa qiegħed jikkontempla x’miżuri jistgħu jittieħdu sabiex “lifts mingħajr is-CE mark” li ġew installati mill-1 ta’ Lulju 2002 ‘il quddiem jiġu regolarizzati bl-inqas inkonvenjent possibbli għal dawk il-persuni li jużawhom. |
| L-għan ewlieni ta’ dan l-eżerċizzju | ta’ regolarizzazzjoni huwa li jintlaħaq livell aċċettabbli ta’ sigurta’ għal-lifts ikkonċernati, u għalhekk ma jibqgħux fi stat ta’ illegalita’. Dan ikun ta’ benefiċċju mhux biss għal dawk li jużaw il-lifts imma anki għal dawk li jinstallaw u jsewwu l-lifts li qegħdin jimxu skont il-liġi. |
| Miżuri li jistgħu jittieħdu | fl-eżerċizzju ta’ regolarizzazzjoni jinkludu reġistrazzjoni, assessjar tar-riskju u tiswija tal-lifts. |
| Sabiex tiġi magħżula l-aqwa possibilta’, ir-RAD | jixtieq iniedi kumitat fuq din il-kwistjoni flimkien mal-persuni interessati kollha. Dawn jistgħu jinkludu, imma mhux biss, nies li jinstallaw il-lifts, dawk li jissejħu “Authorised Conformity Assessment Bodies” (ACABs), inkwilini u persuni responsabbli ta’ kondominju. |
| Kull min huwa interessat huwa | mitlub li javża lir-RAD sal-15 ta’ Ġunju 2009. |
Kull min jixtieq aktar informazzjoni jew għandu xi mistoqsiiet dwar din il-kwistjoni jista’ jikkuntattja lill-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards fuq telefon 2395 2000 jew email fuq Johnny.zerafa@msa.org.mt u david.pulis@msa.org.mt
Sur Johnny Zerafa B.Eng (Hons)
Inġinier,
Direttorat għall-Affarijiet Regolatorji
Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards,
It-Tieni Sular, Binja Evans,
Triq il-Merkanti,
Valletta VLT 1179
DOI – 22.04.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984