Left arrow Go Back

REGOLARIZZAZZJONI TA’ LIFTS MINGĦAJR CE MARK

PR0651
Date Icon 22/04/2009
Kull lift installat wara t-30ta’ Ġunju 2002 għandu jilħaq il-kondizzjonijiet meħtieġa fir-Regolamenti tal-Lifts tal-2002 (Kap. 427.37) u jkollu s-CE Mark. Madankollu, huwa maħsub li hemm numru ta’ lifts installati wara din id-data li mhumiex konformi mar-Regolamenti tal-Lifts tal-2002 (Kap. 427.37).
Dan jimplika li lifts limhumiex konformi mar-Regolamenti tal-Lifts tal-2002 (Kap. 427.37) huma potenzjalment fi stat ta’ illegalita’ fejn għandu x’jaqsam l-Att dwar is-Sigurta’ tal-Prodotti. Dawn il-lifts huma magħrufa bħala “lifts mingħajr is-CE mark”.
Id-Direttorat tal-AffarijietRegolatorji (RAD) fi ħdan l-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards bħalissa qiegħed jikkontempla x’miżuri jistgħu jittieħdu sabiex “lifts mingħajr is-CE mark” li ġew installati mill-1 ta’ Lulju 2002 ‘il quddiem jiġu regolarizzati bl-inqas inkonvenjent possibbli għal dawk il-persuni li jużawhom.
L-għan ewlieni ta’ dan l-eżerċizzjuta’ regolarizzazzjoni huwa li jintlaħaq livell aċċettabbli ta’ sigurta’ għal-lifts ikkonċernati, u għalhekk ma jibqgħux fi stat ta’ illegalita’. Dan ikun ta’ benefiċċju mhux biss għal dawk li jużaw il-lifts imma anki għal dawk li jinstallaw u jsewwu l-lifts li qegħdin jimxu skont il-liġi.
Miżuri li jistgħu jittieħdufl-eżerċizzju ta’ regolarizzazzjoni jinkludu reġistrazzjoni, assessjar tar-riskju u tiswija tal-lifts.
Sabiex tiġi magħżula l-aqwa possibilta’, ir-RADjixtieq iniedi kumitat fuq din il-kwistjoni flimkien mal-persuni interessati kollha. Dawn jistgħu jinkludu, imma mhux biss, nies li jinstallaw il-lifts, dawk li jissejħu “Authorised Conformity Assessment Bodies” (ACABs), inkwilini u persuni responsabbli ta’ kondominju.
Kull min huwa interessat huwamitlub li javża lir-RAD sal-15 ta’ Ġunju 2009.

Kull min jixtieq aktar informazzjoni jew għandu xi mistoqsiiet dwar din il-kwistjoni jista’ jikkuntattja lill-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards fuq telefon 2395 2000 jew email fuq Johnny.zerafa@msa.org.mt u david.pulis@msa.org.mt

Sur Johnny Zerafa B.Eng (Hons)
Inġinier,
Direttorat għall-Affarijiet Regolatorji
Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards,
It-Tieni Sular, Binja Evans,
Triq il-Merkanti,
Valletta VLT 1179


DOI – 22.04.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow