STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTMENT
PR0650
22/04/2009
| Ix-xogħol fiċ-ċentru tal-ħidma | tal-Gvern |
| Stqarrija bi tweġiba | għall-Istqarrija tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi, Charles Mangion |
| Il-postijiet tax-xogħol | għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin jibqgħu l-priorità ewlenija għall-Gvern. F’mument, fejn id-dinja qed taffronta kriżi finanzjarja u ekonomika ta’ proporzjonijiet storiċi, fejn il-pajjiżi żviluppati l-kbar qed jaraw il-qgħad jikber bil-mijiet tal-eluf fi ftit ġimgħat, l-Oppożizzjoni tibqa’ tagħti l-impressjoni li qisu dan kollu mhux qed iseħħ u ma jħallix impatt fuq pajjiżna. |
| Ir-realtà hi li l-kriżi ekonomika u finanzjarja | ħalliet impatt ferm akbar milli mistenni u dan wassal għal tnaqqis fin-negozju li fisser dħul aktar limitat għall-Gvern fuq taxxi fuq id-dħul, il-VAT u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. |
| Fejn tidħol il-varjazzjoni bejn l-Estimi | oriġinarjament approvati għall-2008 u dawk riveduti għall-istess sena, id-diskors tal-Bagit għal din is-sena jagħti spjegazzjoni dettaljata. Biżżejjed, pereżempju, wieħed isemmi l-€51 miljun li l-Gvern ħareġ favur l-Enemalta, aktar milli kien ivvota oriġinarjament, flok kompla għabba lill-konsumatur, kif ukoll il-€41 miljun li l-Gvern ħareġ taħt skemi għall-irtirar volontarju mit-Tarznari. |
| Il-varjazzjoni bejn l-estimi riveduti u ċ-cifri | finali hi kompletament riżultat tar-ritmu fid-dħul tal-Gvern li, minħabba avvenimenti straordinarji li llum huma magħrufa minn kulħadd, fl-aħħar tliet xhur tal-2008, id-dħul varja drastikament minn dak li kien qed jinġabar, kemm matul ix-xhur l-oħra tal-istess sena kif ukoll paragunat mal-esperjenza ta’ snin passati fl-istess perjodu. Wieħed jistaqsi, b’reazzjoni għall-istqarrija tal-Oppożizzjoni, x’kienet tagħmel hi f’din iċ-ċirkostanza? Kienet tinsisti li, akkost ta’ kollox, il-kumpaniji u n-nies fin-negozju kellhom iħallsu fil-pront sa lanqas ċenteżmu dovut bil-perikolu ta’ telf ta’ eluf ta’ impjiegi? |
| Hekk, perezempju, fil-każ tal-VAT, filwaqt li | fl-2007, fix-xahar ta’ Diċembru, id-Dipartiment ircieva €46.3, jew €4 miljuni aktar minn Dicembru tal-2006, f’Diċembru 2008, id-Dipartiment daħħal biss €44.4 miljun, jew €2 miljuni anqas mis-sena ta’ qabel. |
| L-istess fl-income tax, fl-2007, | id-Dipartiment irċieva €164 miljun, jew €15-il miljun aktar mill-2006, filwaqt li, f’Diċembru tas-sena li għaddiet, daħħal biss €157 miljun, jew €7 miljun anqas mill-2007. |
| Il-Gvern ħass li għandu jimxi b’għaqal u | prudenza. Proprju fi żminijiet tant sensittivi, li anke jolqtu n-nerv tal-ekonomija Maltija u l-postijiet tax-xogħol, il-Gvern għaraf bil-fatti x’għandu jigi sagrifikat, mhux biss biex jilqa’ għall-maltemp li deher fuq l-orizzont, iżda wkoll bħala sinjal tanġibbli li hu jisma’ u jikkontribwixxi għas-sejħa li kienet qed issirlu, primarjament mis-setturi kummerċjali, biex jgħin u jtaffi l-piżijiet temporanji ta’ cashflow li n-negozji kienu qed iġorru. |
| Issa, jekk l-Oppożizzjoni ma taqbilx ma’ tali | strateġija, il-Gvern iħeġġiġha biex jippronunzjaha. Iżda l-Gvern ma jistħix juri kif, bil-fatti, ma ħalliex l-ekonomija Maltija tikkrolla, basta jiddandan b’defiċit baxx. Dik strateġija short term u ġġib konsegwenzi irrepparabli. Il-Gvern ċert li n-nifs temporanju li offra ser iħalli riżultati pożittivi permanenti. |
| Barra minn hekk, filwaqt li, bħala cash-based | accounting, veru li d-defiċit żdied bi €33 miljun, kieku dak li kellu jidħol ikun magħdud fuq accrual-based accounting kummerċjali, dak in-nuqqas ta’ fondi xorta jiġi magħdud mal-fondi miġbura u, b’hekk, jerga’ jonqos id-defiċit. Iżda, sfortunatament, il-metodoloġija ta’ kkuntjar ta’ fondi pubbliċi, anke b’mod ta’ accrual-based accounting, ma tapplikax linji kummerċjali. |
| Il-Gvern ser jibqa’ jkun proattiv u qed juża u | ser ikompli juża r-riżorsi kollha disponibbli lilu biex jissalvagwardja l-postijiet tax-xogħol eżistenti u jkompli jattira l-investiment biex joħloq impjiegi ġodda, anke jekk fuq medda qasira ta’ żmien dan jista’ jfisser li ma jilħaqx il-miri ekonomiċi immedjati tiegħu. |
DOI – 22.04.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984