TKOMPLI L-ĦIDMA FAVUR IT-TITJIB TAL-PRODOTT TURISTIKU MALTI: €3 MILJUNI GĦAT-TITJIB TAL-LUKANDI U R-RISTORANTI
PR0647
21/04/2009
| Bħala parti mill-ħidma tal-Gvern biex jittejjeb | il-prodott turistiku Malti, il-Gvern ħabbar li f’Ġunju se titnieda skema ta’ €3 miljun intiża biex tgħin lil-lukandi u r-ristoranti biex jirrinovaw u jkabbru l-istabbiliment tagħhom. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech u mis-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, Dr Mario de Marco. |
| Dr de Marco spjega li skema bħal din tinħtieġ | kemm għaliex f’mument ta’ kriżi ekonomika internazzjonali fejn is-settur tat-turiżmu qed jintlaqat direttament hemm bżonn aktar minn qatt qabel li jkollna prodott ta’ kwalità, iżda anke għaliex kull ma jmur qed jinbidlu l-għażliet tat-turist. Huwa spjega kif dawn l-inċentivi se jħallu impatt wiesa’ għaliex l-għajnuna lill-operaturi se ssostni l-impjiegi u l-istandards fl-industrija. |
| Dr de Marco rrefera għall-ħidma kontinwa | tal-Gvern f’dan il-qasam, b’mod partikolari l-iskema tal-moratorji, imnedija ftit tax-xhur ilu, u spjega li s-sussidju fuq l-imgħax dovut għas-self se jnaqqas l-ispejjeż għall-operaturi li jinvestu fi proġetti ġodda. Huwa saħaq li dan se jkollu effett usa’ fuq l-ekonomija Maltija. |
| Riċerka tal-MTA sabet li kwart tat-turisti li | jżuru Malta ma jkunux sodisfatti mill-akkomodazzjoni u r-ristoranti lokali. Għaldaqstant, temm jgħid Dr de Marco, l-għan ewlieni tal-proġett hu li jittejjeb is-settur tal-lukandi u r-ristorani biex jilħaq l-aspettattivi tat-turisti filwaqt li jingħata prodott ta’ valur aħjar. |
| Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u | Investiment Tonio Fenech qal li din l-iskema hija parti minn ħidma sħiħa u wiesa’ li l-Gvern qed iwettaq quddiem il-kriżi ekonomika internazzjonali, li qed tħalli impatt fuq numru ta’ setturi differenti, fosthom it-turiżmu. Din tinkludi pakkett ta’ inċentivi fil-baġit 2009, għajnuna lill-kumpaniji li marru fuq ġimgħa ta’ erbat ijiem kif ukoll ħidma intensiva biex ikun attirat lejn pajjiżna aktar investiment. |
| Tonio Fenech spjega li b’din l-iskema l-Gvern | ser jalloka €300,000 kull sena għal perjodu ta’ 10 snin fil-forma ta’ sussidji fuq ir-rati ta’ l-imgħax tas-self lill-operaturi għall-proġetti ta’ refurbishment u estensjonijiet. Is-sussidju massimu għall-proġetti ta’ refurbishment se jkun ta’ €500,000 filwaqt li għal estensjoni se jkun hemm capping ta’ €600,000. L-iskema hija miftuħa għall-operaturi liċenzjati kollha ta’ lukandi u ristoranti li għandhom bżonn ta’ self biex jiffinanzjaw il-proġett ta’ refurbishment jew estensjoni. |
| DOI - | 21.04.2009 |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984