Left arrow Mur Lura

JUM IL-BIZZILLA TA’ GĦAWDEX 2009

PR0644
Date Icon 21/04/2009
L-attivitàannwali ta’ Jum il-Bizzilla ġiet organizzata għat-13–il sena konsekuttiva. Din l-attività, li saret nhar il-Ħadd 19 ta’ April fiċ-Ċentru tal-Università f’Għawdex, kienet tikkonsisti f’numru ta’ esebizzjonijiet ta’ xogħol tal-bizzilla, kif ukoll numru ta’ diskorsi dwar materji relatati max-xogħol tal-bizzilla. Preżenti kien hemm l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, is-Sur Anton Tabone, ex Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, kif ukoll is-Sinjura Consiglia Azzopardi, il-koordinatriċi tal-Lace Making Programme.
L-Onor. GiovannaDebono spjegat kif il-Ministeru għal Għawdex isostni inizjattivi taċ-Ċentru tal-Università f’Għawdex bħala parti mill-ħidma tiegħu biex jippromwovi u jipprovdi opportunitajiet ta’ tagħlim għal matul il-ħajja. Il-programm tat-tagħlim tal-bizzilla li jittella’ miċ-ċentru, għandu sinifikat importanti mhux biss għax iżomm din is-sengħa tradizzjonali u prestiġjuża ħajja, iżda wkoll għax permezz tiegħu l-istudenti jiġu esposti għal tagħlim relatat, bħalma huma l-istorja tal-Arti u d-disinn.  Il-Ministru ħeġġet lill-parteċipanti biex jikkunsidraw li jibdew il-kors li jwassal għal Diploma fl-Istudju tal-Bizzilla li jiġi offrut fiċ-Ċentru tal-Università f’Għawdex. Hija ssuġġeriet ukoll li permezz ta’ ko-ordinazzjoni mal-Gozo College, jista’ jingħata aktar tagħrif u jsiru lezzjonijiet prattiċi lill-istudenti tal-iskejjel f’Għawdex.
Fid-diskors tiegħu,is-Sur Anton Tabone, faħħar il-ħidma tal-Professur Lino Briguglio u l-amministrazzjoni taċ-Ċentru, u b’mod partikolari lil Consiglia Azzopardi, għax-xogħol li qed jagħmlu. Hu awgura li din s-sena jkun hemm biżżejjed applikanti biex il-kors li jwassal għal Diploma fl-istudji tal-bizzilla jkun jista’ jiftaħ.  Hu inkoraġġixxa lill-Ministeru għal Għawdex biex ikompli bl-għajnuna siewja li qed jagħti liċ-Ċentru tal-Università f’Għawdex.
Fid-diskors tagħha,Consiglia Azzopardi tkellmet dwar il-ħidma li saret u l-korsijiet tal-bizzilla li kienu offruti mil-Lace-Making Programme matul l-aħħar sena.  Hi qalet li għall-ewwel darba kien offrut kors bażiku fuq il-bizzilla lil numru ta’ tfal.  Hi qalet ukoll li huwa ppjanat li matul is-sajf ta’ din is-sena, ser jerġa’ jiġi offrut kors fuq il-bizzilla lill-parteċipanti internazzjonali.
L-attività mbagħadkompliet bil-preżentazzjoni ta’ ċertifikati mill-Onor. Giovanna Debono, kif ukoll minn taħdita interessanti mis-Sur John Vella dwar it-tipi ta’ ħjut li hawn disponibbli fis-suq lokali għall-ħjata tal-bizzilla.  Is-Sinjura Iris Galea Lowell għamlet preżentazzjoni interessanti dwar Il-Bizzilla matul iż-żminijiet tal-Preistorja.
Wara, dawk preżentikienu mistiedna biex iżuru u jipparteċipaw fin-numru ta’ esebizzjonijiet imwaqqfa mil-Lace Making Programme, mill-International Organisation of Needle and Bobbin Lace (OIDFA) u mill-Malta Lace Guild.  Numru ta’ stands oħra kienu mtellgħa mill-Koperattiva Għawdxija tal-Bizzilla u l-Artiġjanat.

DOI - 21.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow