TITNIEDA L-POLITIKA TAL-GVERN LOKALI WAQT BUSINESS BREAKFAST INDIRIZZAT MILL-PRIM MINISTRU U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI CHRIS SAID
PR0641
21/04/2009
| “Il-Politika tal-Gvern Lokali qed | tiġi varata proprju llum, ftit jiem wara li ppreżentajna d-dokument ta’ tiġdid, għaliex din taħdem id f’id flimkien mat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali. Ser isservi ta’ gwida biex nuru l-miri tagħna ta’ fejn irridu naslu f’dak li jirrigwardja l-lokalitajiet tagħna. L-għan tal-Policy hu li twassal għal aktar kontabilita’ fil-lokalitajiet billi tipprovdi qafas b’saħħtu biex il-Kunsilli tagħna jaħdmu flimkien b’mod aktar unit fid-deċiżjonijiet li jittieħdu; biex titjieb il-kapaċita’ tal-kunsilliera fuq inizjattivi li għandhom iseħħu għal aktar sostenibbilta’ fil-lokalita’ u b’hekk anke fil-pajjiż; biex tikber ir-responsabbilita’ kemm fuq il-gvern lokali, kif ukoll fuq dak ċentrali, biex il-proċessi msemmija jħallu impatt effettiv għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet tal-preżent kif ukoll ta’ dawk futuri.” |
| Dan qalu Chris Said, | is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni meta dalgħodu ppreżenta d-dokument ta’ Policy dwar Gvern Lokali waqt Business Breakfast li għalih attendew rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet li taw is-sehem tagħhom fil-proċess ta’ konsultazzjoni. L-organizzazzjonijiet rappreżentati nkludew il-kunsilli lokali nfushom, il-unions u għaqdiet ta' min iħaddem, is-soċjeta' ċivili kif ukoll l-għaqdiet volontarji. |
| Din il-policy hija | mfassla fuq strateġija għal żvilupp ta’ lokalitajiet sostenibbli ibbażata fuq tliet linji prinċipali. Dawn huma s-sussidjarjeta’, fejn deċizjonijiet meħuda mill-Kunsilli jkunu viċin kemm jista’ jkun tal-bżonnijiet tar-residenti u l-lokalita’; is-solidarjeta’, permezz ta’ koperazzjoni bejn il-kunsilli lokali u bejn kunsilli lokali u entitajiet waqt it-tfassil u tnedija ta’ inizjattivi fil-lokalitajiet; kif ukoll is-sostenibbilta’ fil-lokalitajiet fejn strateġiji mfassla jikkunsidraw il-bżonnijiet preżenti mingħajr ma jikkompromettu l-bżonnijiet tal-futur. |
| Chris Said sostna li din il-policy | se tkun gwida għall-gvern, id-dipartimenti u l-aġenziji kollha tiegħu fid-deċiżjonijiet li jkunu jolqtu l-lokalitajiet. Hija policy li saret wara konsultazzjoni mal-Assoċazzjoni tal-Kunsilli Lokali u bbażata wkoll fuq dak kollu li ħareġ fil-proċess ta' konsultazzjoni għat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali. Id-dokument għandu jkun rivedut kull tant żmien skont ir-realtajiet li jinbidlu, stqarr is-Segretarju Parlamentari. |
| Id-Dokument imniedi hu mibni fuq | numru ta’ prinċipji, fosthom l-awtonomija u kontabillita’ – il-fatt li Kunsilli Lokali jiġu mgħoddija iktar responsabilitajiet billi huma jinsabu l-aktar qrib tal-bżonnijiet taċ-ċittadini. Huma fid-dmir li jfasslu proġetti għat-titjib tal-għajxien tar-residenti. Il-Kunsilli Lokali għandhom ikunu ta’ eżempju għal żvilupp ta’ proġetti sostenibbli mfassla fuq l-immaniġġjar tal-iskart, fuq investiment fl-oqsma kulturali u edukattivi, fil-ħarsien tal-ambjent, fil-provediment ta’ servizzi ta’ kwalita’ għaċ-ċittadini, għall-ġenerazzjoni tal-ekonomija u għat-titjib fil-prodott lokali, kemm dak urban kif ukoll dak rurali. |
| “L-għan prinċipali huwa li | l-Kunsilli tagħna jaħdmu b’mod kollaborattiv mar-residenti u mal-imsieħba biex nassiguraw li l-miri tagħna jintlaħqu b’suċċess, għal ħajja aħjar għall-poplu tagħna. Il-qafas li dan id-dokument joħloq, irid jassigura li l-kunsilli jaħsbu għall-futur u jmexxu ’l quddiem il-lokalitajiet tagħhom bl-eżempji tajba li jwettqu, u li jkunu lesti li jerfgħu r-responsabilitajiet tagħhom bil-għaqal”, stqarr Chris Said. |
| Il-politika mnedija llum hi | twettiq ta’ waħda mill-proposti tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali. Hemm iktar inizjattivi mid-dokument tat-tiġdid li diġà qegħdin jiġu mwettqa, bħal ma huma numru ta’ fondi, bħall-fondi speċjali u dawk għall-attivitajiet kulturali, u t-tnedija tas-sistema tal-IT għall-Customer Care. |
DOI – 21.04.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984