Left arrow Mur Lura

Iktar investiment fl-iskejjel f’Għawdex

PR0639
Date Icon 20/04/2009
Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debonożaret it-taqsima tal-mastrudaxxi li taqa’ taħt is-Sezzjoni tal-Manutenzjoni għall-Iskejjel f’Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, waqt li kienu għaddejjin bil-ħidma tagħhom fil-workshop li għandhom fl-Għarb.
Matul dawn l-aħħar sentejn, sar investimentf’xiri ta’ makkinarju ġdid biex dawn il-ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu b’aktar effiċjenza u b’aktar sigurtà fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Permezz ta’ dan il-makkinarju, il-ħaddiema qed ifornu l-iskejjel fi ħdan il-Gozo College, bl-għamara meħtieġa b’servizz aktar effiċjenti.
Matul din is-sena skolastika, il-mastrudaxxilestew fost l-oħrajn xogħlijiet għall-Iskola Primarja tax-Xewkija u għall-Iskola Post-Sekondarja Sir M.A. Refalo. Bħalissa din is-sezzjoni qed taħdem fuq għamara ġdida għall-iskola primarja tal-Qala.
Il-Ministru għal Għawdex żaret ukollix-xogħlijiet li qed isiru fl-Iskola Primarja tan-Nadur b’investiment ta’ €22,500, fejn sar xogħol estensiv ta’ tiswija fuq is-saqaf ta’ kuritur li jagħti għat-tieni sular, kif ukoll xogħol ieħor marbut miegħu. Dan ix-xogħol beda fil-vaganzi tal-Għid biex ma jkunx hemm periklu għat-tfal u l-proċess ikun aktar mgħaġġel.
L-ewwel fażi tal-proġett kienet tinkludi l-qlugħta’ saqaf tax-xorok u ta’ travi tal-ħadid, kif ukoll skavar u immaniġġjar ta’ materjal. B’hekk seta’ jibda jitpoġġa l-armar tal-bejt biex ikun lest għall-ħadid u l-konkos li sar fil-fażi li kien imiss. Issa mistenni jibda x-xogħol tal-madum, jinżebgħu l-kurituri u l-klassijiet kif ukoll il-kisi tas-saqaf il-ġdid.
Il-Ministru Giovanna Debono saħqet li dawnix-xogħlijiet jikkonfermaw l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex fl-iżvilupp kontinwu fis-settur ta’ l-edukazzjoni f’Għawdex. Dan bil-għan li jiġu mtejba dejjem aktar l-istrutturi u l-ambjenti tal-iskejjel biex l-istudenti kollha li jattendu xi ċentru edukattiv f’din il-gżira jgawdu minn faċilitajiet edukattivi aktar moderni, li joffru aktar sigurtà u jkunu aċċessibbli minn kulħadd.
DOI –20.04.2009
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow