Left arrow Mur Lura

PREMJU GĦALL-KREATTIVITÀ

PR0638
Date Icon 20/04/2009
Fl-okkażjoni tas-Sena tal-Kreattività ul-Innovazzjoni, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport qed jipproponi li fiċ-ċerimonji ta’ Awards konnessi mal-Kultura li jingħataw f’Malta matul din is-sena, ikun hemm Premju għall-Kreattività.
Għalhekk, il-Ministeru se joffri dan il-Premjulil organizazzjonijiet li matul din is-sena jorganizzaw konkorsi fuq bażi nazzjonali li fihom ikun hemm element importanti ta’ kreattività u innovazzjoni.
L-Unjoni Ewropea, meta ddikjarat l-2009 bħalas-Sena tal-Kreattività u l-Innovazzjoni, riedet tenfasizza li dawn iż-żewġ kunċetti huma għodda fundamentali għal soċjetà b’saħħitha li trid tilqa’ l-isfidi ekonomiċi, soċjali u kulturali tas-soċjetà.
Studju kummissjonat mill-Kummissjoni Ewropeajuri li l-kontribut tas-settur tal-kreatività għas-soċjetà hu wieħed sinjifikanti, partikolarment fid-dawl tad-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw kumpanniji kbar u multi-nazzjonali madwar id-dinja.  Għalhekk il-kreattività u l-innovazzjoni huma meqjusa bħala ż-żewġ pilastri li jistgħu jsostnu soċjetà sostenibbli armata biex tindirizza l-isfidi attwali.
Il-Gvern qed jaħdem biex joħloq kuxjenza dwarl-importanza tal-kreattività u l-innovazzjoni u jinkoraġixxi diskussjoni filwaqt li jistimula d-dibattitu u r-riċerka f’dan il-qasam.  Il-viżjoni tas-Sena tal-Kreattività hi li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin filwaqt li tikkontribwixxi għall-prosperità ekonomika tal-Ewropa permezz ta’ investiment fil-kreattività u l-innovazzjoni.
L-Aġenda ta’ Lisbona tpoġġi l-kreattività ul-innovazzjoni fil-qalba ta’ ekonomija bażata fuq l-għerf u l-Gvern Malti, permezz tal-politika u l-miżuri li jieħu, irid jinkoraġixxi l-iżvilupp ta’ soċjetà bażata fuq il-kreattività u l-innovazzjoni.
Bħala pass f’din id-direzzjoni, din is-sena,il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport qed joffri dan il-Premju għal Kreattività bl-iskop li jippremja l-isforzi ta’ individwi fil-qasam artistiku u kulturali, biex ikunu aktar kreattivi u innovattivi fil-ħidma tagħhom.
DOI –20.04.2009
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow