Left arrow Mur Lura

IMĦABBRA D-DETTALJI GĦALL-KUNCERT ‘ISLE OF MTV’ F’LULJU LI ĠEJ

PR0637
Date Icon 20/04/2009
Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-On DrMario de Marco, dalgħodu ħabbar li għat-tielet sena konsekuttiva, pajjiżna se jospita l-manifestazzjoni mużikali ‘Isle of MTV’ li se ssir nhar l-Erbgħa 8 ta’ Lulju, fuq il-Fosos tal-Floriana, bħala parti mill-Malta Music Week.
Dr de Marco qal li din l-inizjattiva qed tkunorganizzata mill-Gvern, l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta u l-MTV u li għal darb’oħra hu mistenni li jkun hemm qrib il-50,000 ruħ li jattendu għal dan il-kunċert – kemm Maltin kif ukoll barranin.
Huwa tkellem dwar il-kunċerttas-sena l-oħra u qal li stħarriġ magħmul mill-MTV stess indika li 41% tat-turisti intervistati qalu li dan il-kunċert kellu sehem fid-deċiżjoni li jżuru Malta; 99% minnhom qalu li Malta laħqet jew eċċediet l-aspettativi tagħhom; 80% jaqblu li l-‘Isle of MTV’ jagħmel lil pajjiżna aktar ‘cool’; 85% jaqblu li l-kunċert jagħmel lil Malta attraenti għalihom u għal ħbiebhom; 83% jaqblu li l-‘Isle of MTV’ iġġiegħlhom iqisu l-Malta bħala destinazzjoni turistika; u 74% jaqblu li l-‘Isle of MTV’ iggiegħlek tibbukkja btala għal Malta.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-kunċert u pajjiżna jingħataw ħafna promozzjoni fuq l-istazzjonijiet tal-MTV u kif ukoll b’kompetizzjonijiet bi premju li jsiru. Hu tkellem ukoll dwar il-websajt www.isleofmtv.com, li s-sena l-oħra kellha żieda ta’ 36% fin-numru ta’ viżitaturi, u żieda ta’ 78% fl-ammont ta’ ħin medju li wieħed qatta’ fuq il-websajt. 

Dwar l-artisti mistednin għaldin is-sena, Dr de Marco ħabbar li dawn se jkunu l-grupp The Black Eyed Peas, il-kantanta Lady Gaga – li għamlet suċċess kbir fil-kunċert tas-sena l-oħra – il-grupp Metro Station u l-kant-awtriċi Olandiża Esmee Denters.
Hu sostna li dan l-avveniment għandu żewġgħanijiet prinċipali mill-aspett ta’ promozzjoni turistika. L-ewwel li l-kunċert fih innifsu jġib Malta numru ta’ żgħażagħ barranin sabiex ikunu preżenti għal din il-manifestazzjoni grandjuża ta’ mużika ewlenija fl-Ewropa. L-aspett ieħor huwa dak li l-promozzjoni ta’ pajjiżna tibqa’ għaddejja sa Settembru meta jixxandar il-kunċert.
Dr de Marco tenna li dan ikompli jippromwovi ‘lpajjiżna b’mod ġenerali mal-ġenerazzjonijiet iż-żgħar, li huma suq ferm importanti għalina bħala destinazzjoni turistika.
Huwa qal li matul l-2008, kellna żieda ta’ aktarminn 16% ta’ persuni li għandhom anqas minn 25 sena li żaru pajjiżna, u li ż-żieda bejn Lulju tal-2006 (meta ma sarx il-kunċert) għall-2008 kienet ta’ aktar minn 12,000 ruħ.
Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA, is-SurJosef Formosa Gauci qal li dan l-avveniment qed jingħata ħafna promozzjoni mill-uffiċċji u mir-rappreżentanti tal-MTA, b’mod speċjali ma’ ġurnalisti u mat-tour operators. Fil-fatt, dawn tal-aħħar kienu qed jistennew it-tħabbir tal-kantanti u gruppi li se jiġu fostna sabiex iniedu l-offerti u l-packages tagħhom. L-MTA se tkun qed ixxandar riklam ukoll fuq l-istess MTV biex isaħħaħ il-promozzjoni ta’ pajjiżna.
Is-Segretarju Parlamentari temm billirringrazzja lill-Kunsill Lokali Floriana, il-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-Awtorità dwar it-Trasport, l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku, it-Taqsima tas-Saħħa, is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar, u s-St John’s Ambulance għall-kontribut tagħhom biex ikun jista’ jseħħ dan l-avveniment.

DOI – 20.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow