Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CHRIS SAID INIEDI ‘ILWIEN IR-REBBIEGĦA’ – FESTA TA’ FJURI U PJANTI FIŻ-ŻEBBUĠ GĦAWDEX

PR0627
Date Icon 17/04/2009
Illum ġiet varata l-attività kulturali “Ilwienir-Rebbiegħa” li se ssir fiż-Żebbuġ, Għawdex, bejn il-Ġimgħa 24 u l-Ħadd 26 ta’ dan ix-xahar. Din l-attività se tinkludi festa ta’ fjuri u pjanti, spettaklu mużikali, ikel tradizzjonali u xorb, għana u daqq tradizzjonali, u spettaklu ta’ logħob tan-nar u tal-art.
Waqtkonferenza stampa f’Kastilja, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said, faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ li għaraf jibbenifika mill-iskema tas-Segretarjat Parlamentari biex jiġu organizzati attivitajiet kulturali madwar il-lokalitajiet f’Malta u Għawdex.
Chris Said qal li l-attività li se tkunorganizzata fiż-Żebbuġ hija attività li teżalta l-identità tal-lokalità, u t-tradizzjonijiet li jagħmluna dak li aħna.  Huwa qal li l-Kunsilli Lokali huma għodda importanti ħafna biex tissaħħaħ l-identità li minnha nfisha ssir attrazzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari qal li din l-attivitàhija f’sintonija ma’ dak li qed iressaq il-Gvern bit-tiġdid tal-Kunsilli Lokali fejn l-istess Kunsilli se jingħataw ir-responsabilità li jħarsu l-ambjent rurali u urban tal-lokalita’ tagħhom flimkien mal-wirt storiku, it-tradizzjonijiet u folklor lokali.
Il-Kunsilli Lokali se jingħataw l-għodda biexjippromwovu t-talent artistiku lokali u jixprunaw il-kultura.  Fost oqsma oħra l-Kunsilli Lokali se jibdew jaħdmu wkoll f’dak sportiv permezz ta’ kollaborazzjoni mal-iskejjel u l-għaqdiet sportivi u fil-qasam soċjali flimkien mal-aġenziji nazzjonali u fil-qasam tal-edukazzjoni flimkien mal-awtoritajiet edukattivi.
Fuqkollox, biex nilħqu l-kunċett ta’ lokalitajiet sostenibbli, il-Kunsilli Lokali se jibdew jaħdmu fuq pjani fit-tul ħalli jassiguraw li bid-deċiżjonijiet li jieħdu mhux biss itejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti iżda jaċċertaw il-ġid tal-ġenerazzjonijiet futuri.
Is-Sindku tal-lokalità taż-Żebbuġ Charles Salibaqal li din l-attivita` qed issir għall-ewwel darba grazzi għall-iskema ta’ għajnuna għal attivitajiet kulturali lill-Kunsilli Lokali. Waqt l-attività se jkun qed jiġi msajjar ikel tradizzjonali bi ħxejjex tar-Rebbiegħa. Bħalissa hu żmien l-imwieżet u għalhekk ser ikun hemm il-kosksu u torta tal-ful fost l-oħrajn, kif ukoll se tkun preżentata stand tal-għasel.
DOI –17.04.2009
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow