IL-PRESIDENZA B’ĦIDMA MILL-VIĊIN MAL-UNIVERSITA` TA’ MALTA
PR0626
17/04/2009
| “Inħares ’il quddiem sabiex tinħoloq sinerġija | bejn il-Presidenza u l-Universita’ ta’ Malta” – Dan qalu l-President George Abela waqt żjara ta’ korteżija mir-rettur tal-Universita’ ta’ Malta, il-Prof. Juanito Camilleri fil-Palazz il-Belt Valletta. |
| Il-President George Abela filwaqt li tenna li | hemm pjanijiet konkreti sabiex tinħoloq din is-sinerġija, esprima l-pjaċir tiegħu li din se tkun waħda minn sensiela ta’ laqgħat li se jkollu mar-Rettur tal-Universita’. Il-President Abela żied jgħid li permezz tal-ħidma mal-istudenti u l-fakultajiet varji tal-Universita’, il-Presidenza tkun tista’ tindirizza mistoqsija importanti għalina lkoll – “Xi tfisser li tkun Malti?”. |
| Il-President Abela jixtieq jinvolvi l-potenzjal | tal-istudenti Universitarji Maltin f’diversi proġetti fil-ġonna tal-Palazz ta’ San Anton u tal-Palazz Verdala kif ukoll billi jiġu organizzati seminars. |
| Il-Prof. Juanito Camilleri rringrazzja | lill-President George Abela tal-interess personali u esprima l-pjaċir tiegħu li jara l-Universita’, li hija l-eqdem istituzzjoni f’pajjiżna, taħdem id f’id mal-Presidenza. |
| DOI – | 17.04.2009 |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984