Left arrow Go Back

ESTENSJONI TAL-UFFIĊĊJU AMMINISTRATTIV – KUNSILL LOKALI MĠARR

PR0624
Date Icon 17/04/2009
“L-oġġettiv ewlieni tat-tiġdidtal-Kunsilli Lokali li għadna kemm ippreżentajna huwa li jingħata l-aqwa servizz lir-residenti ta’ kull lokalità. Il-proġett tal-Kunsill Lokali Mġarr, jinkwadra fit-tiġdid tal-Kunsilli Lokali u jolqot diversi punti mid-deċiżjonijiet li ħarġu fid-dokument tat-tiġdid.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said waqt żjara fuq ix-xogħol li għaddej fuq estensjoni tal-bini tal-Kunsill Lokali tal-Imġarr.
Matul din is-sena fl-Imġarrsar ħafna mix-xogħol fuq l-estensjoni tal-bini tal-Kunsill Lokali, li jinvolvi kemm riżorsi umani, kif ukoll riżorsi finanzjarji, li jinkludu :
§    Ix-xogħolkollu ta’ kostruzzjoni; bdil ta’ soqfa tal-parti eżistenti u l-kostruzzjoni tal-estensjoni fuq tliet sulari u formazzjoni ta’ day care centre għall-anzjani
§    Partisostanzjali tax-xogħol tal-elettriku u l-ilma, kemm fil-parti eżistenti kif ukoll fl-estensjoni
§    Twaħħilta’ airconditioning units
§    Sistemata’ ventilazzjoni madwar il-bini kollu
§    Kisital-ħitan bil-ġibs
§    Tqegħidta’ aluminium u ta’ madum
Chris Said tenna li x-xogħol li għaddej fuq danis-sit ser jinkorpora l-aspetti li jinsabu fid-dokument tat-tiġdid biex jingħata l-aqwa servizz għar-residenti tal-Imġarr. Meta jitlesta l-post dan ser ikun xempju ta’ kif Kunsilli Lokali għandhom jaqdu lir-residenti tal-lokal. L-estensjoni tal-post tinkorpora l-aspett ta’ aċċessibilità fiżika, l-użu ta’ spazju minn għaqdiet fil-lokalità u għal faċilitajiet oħra.
Is-Segretarju Parlamentari għamel referenzawkoll għal deċiżjonijiet oħra mit-tiġdid tal-Kunsilli Lokali bħal ħinijiet itwal u ftuħ nhar ta’ Sibt tal-uffiċċji amministrattivi tal-Kunsilli Lokali. Dan se jsir biex l-istess Kunsilli Lokali jkunu aċċessibbli għal kulħadd, inkluż għal dawk li jaħdmu waqt il-ħinijiet tal-uffiċċji.
Chris Said semma wkoll l-introduzzjoni ta’Quality Service Charter filwaqt li stqarr li dalwaqt ser jiġi mħabbar titjib fis-sistema tal-IT tal-Customer Care tal-Kunsilli Lokali biex il-pubbliku jinqeda aħjar.
Is-Sindku tal-Imġarr PaulVella, qal li l-Kunsill Lokali diġà beda diskussjonijiet mas-Segretarjat għall-Kura tal-Anzjani dwar il-possibilità li jipprovdi riżorsi umani biex ikun jista’ jitmexxa d-Day Care Centre fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill.

DOI – 17.04.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow