Konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz tal-Energy Policy
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onorevoli George Pullicino, illum nieda proċess ieħor ta’ konsultazzjoni pubblika, din id-darba dwar il-politika tal-enerġija. Dan huwa it-tielet proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li ġie mniedi din is-sena u jorbot flimkien u jibni fuq it-tnejn ta’ qablu, dak dwar l-iStrateġija għal-Miżuri ta’ Politika ta’ Tnaqqis tal-Gassijiet Serra, u l-ewwel revizjoni tal-istrateġija tal-immaniġjar tal-iskart solidu f’pajjiżna. Din il-politika ppublikata llum tikkumplementa wkoll il-pjan Nazzjonali għall-Użu Effiċjenti tal-Enerġija li kien pubblikat mal-bagit għall-2009.
“Dan il-Gvern jaf fejn irid jasal fil qasam tal-energija rinovabbli. Jaf fejn irid jasal mhux bil kliem iżda bil fatti” żied il-Ministru Pullicino. Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni qed isir wara li b’mod serju tfassal l-abbozz ta’ strateġija jew aħjar l-abbozz ta’ politika li għandu jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta fis-settur tal-enerġija sabiex jintlaħqu l-miri li pajjiżna jrid jilħaq. Miri li kienu stabbiliti u kkonfermati mill- Kunsill Ewropew fi Brussel f’Diċembru li għaddha. Dawn jistabillixxu li pajjiżna sal-2020 irid jiġġenera 10% tal-enerġija tiegħu minn sorsi nodfa. jekk stat membru ma jirnexxilux jilħaq il-miri ta’ C02 u gassijiet oħra hekk kif allokati lilu mill-Ewropa, dak il-membru jkollu jħallas għall kull tunellaġġ ta’ CO2 jew gassijiet oħra li jkun qieghed jarmi fl-atmosfera iżjed milli suppost.
Dan id-dokument, jidentifika sitt oqsma ewlenin ta’ politika;
- Effiċjenza fl-enerġija
- Tnaqqis mid-dipendenza tagħna fuq iż-żejt importat
- stabbilità fis-sistema tal-provvista tal-enerġija
- tnaqqis fl-emissjonijiet mis-settur tal-enerġija
- effiċenza fid-distribuzzjoni tal-enerġija
- policies li jsaħħu lis-settur tal-enerġija
L-isfida li dan id-dokument jindirizza hi kif dan kollu jista’ jsir f’qafas kompetittiv u sostenibbli. Il-Ministru Pullicino ħabbar ukoll lipajjiżna se jkun qed jissieħeb mal- International Renewable EnergyAgency (IRENA).
Il-Ministru Pullicino fakkar kif il-Gvern ma żammx lura milli jaġixxi u jkun proattiv f’dan il-qasam sabiex jipromovi dejjem aktar l-użu ta’ enerġija nadifa tant li;
· beda l-proċess sabiex il-familji kollha Maltin u Għawdxin jingħataw bozoz energy saving b’xejn skond id-daqs ta’ kull familja;
· ġew allokati €2 miljun ewro għax-xiri ta’ solar water heaters li permezz tagħhom, kull familja se tingħata lura nofs l-ispejjeż sa’ massimu ta’ €460; sal-lum applikaw mal- 1,200 .
· tnehdiet skema li tinċentiva l-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajiċi b’allokazzjoni ta’ €500,000 li tirrifondi 50% tal-investiment sa’ €3,000;
· €300,000 oħra ġew allokati għal skema li tgħin fl-insulazzjoni tal-bjut u x-xiri ta’ ħġieġ double glazing fej qed ikunu rifużi 33% lura mill-ispiża sa’ massimu ta’ €300.; sal-lum l-Awtorita’ rċeviet ‘l fuq minn 100 applikazzjoni.
· kompla x-xogħol li għandu jwassal biex fil-futur qrib il-Gvern iħabbar is-siti li fihom ser issir applikazzjoni għall-wind farms;
· fil-budget li għadda ġie ppublikat il-Pjan Nazzjonali għall-Użu Effiċċjenti tal-Enerġija; ippublikati wkoll ir-rapporti tal-bidla fil-klima u ir-revizjoni tal-iskart b’din tal-aħħar tindiriza l-fatt kif pajjiżna jista’ jiġġnera aktar enerġija nadifa mill-iskart.
· tnehdiet il-kampanja informattiva u edukattiva Switch li tindika kif tista’ tiġi ffrankata l-enerġija b’mod prattiku.
· Saret it-trasposizzjoni tad-direttiva Ewropea tal-energy Performance of buildings; u.
· Ingħata Appoġġ lill-industrija f‘investimenti favur effiċjenza fl-użu tal-enerġija li tiġġedded: b’investiment t’€10 Miljun. Fost miżuri oħrajn.
Il-konsultazzjoni pubblika se tkun miftuha għal perijodu ta’ 8 ġimgħat fejn matulhom kulħadd se jkun mistieden jagħti s-suġġerimenti tiegħu kemm f’laqgħat li se jkunu organizzati kif ukoll permezz tal-email fuq energypolicy.mrra@gov.mt. Id-dokument jista’ jinkiseb ukoll online minn fuq is-sit tal-Ministeru www.mrra.gov.mt. Mehmuza hemm il-prezentazzjoni li saret permezz tal-Powerpoint.
Energy Policy Presentation pr0622.ppt
DOI - 16.04.09
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984