Left arrow Mur Lura

Ġimgħa ta’ attivitajiet dwar Karrieri fit-Turiżmu f’Għawdex

PR0621
Date Icon 16/04/2009
Fuqinizjattiva tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex flimkien mal-Awtorità’ tat-Turiżmu ta’ Malta, ser tinżamm ġimgħa ta’ attivitajiet dwar Karrieri fit-Turiżmu f’Għawdex. Il-programm ta’ attivitajiet tfassal fuq ħamest’ijiem mit-Tlieta 21 sal-Ħadd 26 ta’ April 2009. Din l-attività qed tittella’ taħt l-awspiċi tal-Ministeru għal Għawdex flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Dettalji dwar  l-attività Careers in TourismWeek ingħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet li nżammet fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi ġdid, fil-Qala, Għawdex, li kienet indirizzata mill-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono u kif ukoll mis-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Dr Mario de Marco. L-għan ewlieni li għalih qed tiġi organizzata din il-ġimgħa ta’ attivitajiet, huwa dak li jiżdied l-għarfien dwar l-opportunitajiet ta’ xogħol li joffri dan is-settur. Fuq kollox huwa intiż biex iqajjem aktar interess fost studenti żgħażagħ sabiex jikkunsidraw aktar bis-serjetà li jaqbdu karriera fil-qasam turistiku. Biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi, ser ikunu nvoluti studenti li jattendu skejjel sekondarji f’Għawdex kif ukoll l-għalliema u l-ġenituri tagħhom.
Waqtli indirizzat il-konferenza, il-Ministru Giovanna Debono spjegat kif Għawdex ġie rikonoxxut bħala destinazzjoni turistika distinta u kif din id-distinzjoni hija riflessa fil-prodott turistiku Għawdxi. Il-Ministeru għal Għawdex żamm kuntatt kontinwu ma’ dawk involuti fis-settur u permezz ta’ din il-konsultazzjoni saru proġetti ewlenin li tejbu l-kwalità tas-servizz u l-prodott turistiku Għawdxi. Hija faħħret il-ħidma tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex filwaqt li qalet li dan l-Istitut ġdid inbena speċifikament biex jindirizza b’mod dirett il-kwalità tat-taħriġ tar-riżorsi umani li jagħżlu li jaħdmu f’dan is-settur.
”Il-faċilitajiet li joffri danl-Istitut ġdid, li ser jiġi nawgurat fi ftit ġimgħat oħra, ser ikunu għodda miżjuda li ser ikomplu jtejbu l-prodott turistiku Għawdxi,” kompliet il-Ministru Debono.
Il-Ministru għal Għawdex spjegat kif 10 fil-mijatal-impjiegi f’Għawdex huma ġġenerati mis-settur turistiku li però jiġġenera attività ekonomika akbar għaliex jolqot ukoll setturi oħra bħall-biedja, is-sajd, l-istabbilimenti kummerċjali, it-trasport  u għadd ta’ servizzi oħra.
Matul il-Konferenza tal-Aħbarijiet,is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, Dr Mario de Marco qal li r-riżorsi umani huma importanti ħafna  fi kwalunkwe settur, wisq aktar dak turistiku, u li dan il-fattur jista’ jeffettwa l-livell tas-servizz li qed jingħata fl-istabbilimenti turistiċi Għawdxin.
“Kien għal dan il-għan li l-Gvernwaqqaf l-Istitut għall-Istudji Turistiċi hawnhekk f’Għawdex, sabiex il-qasam turistiku fil-gżira Għawdxija jagħmel il-pass meħtieġ li jmiss u jkompli jibni fuq dak li diġà nkiseb matul l-aħħar snin. Min-naħa tagħha, l-MTA għandha fi ħdanha Taqsima li hija responsabbli mill-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani fl-industrija. Dan sabiex l-Awtorità tkun mhux biss responsabbli mill-ħidma ta’ infurzar, imma wkoll tkun hi li tippromwovi l-ħtieġa ta’ aktar taħriġ f’dan is-settur.”
Hutemm jgħid li fil-kuntest tal-kriżi internazzjonali li għandna bħalissa, it-tendenzi fl-ivvjaġġar qed jinbidlu, u li madankollu, li żgur mhux se jinbidel huwa dak li t-turist se jibqa’ jitlob servizz eċċellenti, tal-ogħla livell possibbli. “Dan jista’ jingħata biss jekk ikollna persuni li jaħdmu fl-industrija li jkunu mmotivati u li jħarsu lejn ħidmiethom bħala vokazzjoni,” qal Dr de Marco.
Il-programm ta’ l-attivitajiet għal matul dinil-ġimgħa, ser jiftaħ b’konferenza, li ser tinżamm nhar it-Tlieta 21 ta’ April fl-ITS fil-Qala. Matul din il-konferenza ser jiġu diskussi temi relatati speċifikament mal-qasam tat-turiżmu f’Għawdex u għaliha ser ikunu mistiedna dawk involuti f’dan is-settur tant vitali għall-ekonomija tal-gżira. Bejn l-Erbgħa u l-Ġimgħa ser ikunu organizzati żjajjar fejn gruppi ta’ studenti ser iżuru postijiet konnessi mal-qasam turistiku, bħal ma huma attrazzjonijiet turistiċi, postijiet agro-turistiċi, stabbilimenti tal-ikel u oħrajn li joffru akkomodazzjoni, fosthom il-lukandi ewlenin. Il-programm ta’ attivitajiet jintemm il-Ħadd meta ser tinżamm open day fl-ITS fil-Qala. B’hekk ser ikun possibbli li ħafna aktar ġenituri flimkien ma l-istudenti, għalliema u żgħażagħ li qed ifittxu xogħol jew jixtiequ jbiddlu x-xogħol li għandhom, isiru jafu aktar bil-korsijiet u l-faċilitajiet ġodda li qed joffri dan l-Istitut; u kif ukoll bl-opportunitajiet ta’ xogħol u karrieri li joffri l-qasam turistiku Għawdxi għal futur tagħhom.

DOI – 16.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow