STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA
B’referenza għal dak li ntqal mill-Uffiċjali tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) f’konferenza tal-aħbarijiet aktar kmieni llum, id-Dipartiment tas-Saħħa jixtieq jiċċara xi affarijiet:
- Il-bieraħ il-Union kienet infurmata bil-miktub f’liema stadju kienu wasslu d-diversi punti li kienu tqajjmu mill-UĦM fi stqarrija għall-istampa maħruġa fl-4 ta’ Marzu 2009.
- S’issa diġà kien hemm konklużjoni ta’ xi wħud minnhom
- Hemm oħrajn li qegħdin fi stadju avvanzat sabiex jiġu konklużi.
Dwar xi wħud minn dawn il-punti saħansitra hemm il-parteċipazzjoni t’uffiċjal tal-Union, li jaf sew dwarhom u għalhekk id-Dipartiment ma jistax jifhem għaliex qed jittieħdu dawn l-azzjonijiet industrijali li m’humiex ħlief iżidu t-tbagħtija għall-pazjenti.
Id-Dipartiment tas-Saħħa jiskuża ruħhu ta’ dan l-iskomdu lill-pubbliku, u jirringrazzjah għall-kooperazzjoni li qiegħed juri.
F’dawn iċ-ċirkustanzi il-pubbliku hu mitlub sabiex jitlob għas-servizz t’ambulanzi fejn verament ikun meħtieġ.
Id-Dipartiment tas-Saħħa jittama li r-raġuni u r-rieda tajba jipprevalu.
DOI – 15.04.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984