Left arrow Mur Lura

SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (FEŻR)

PR0613
Date Icon 15/04/2009
B’total indikattivtal-allokazzjoni finanzjarja ta’ EUR 47 miljun
Id-Diviżjoni dwar l-Ippjanar u l-Koordinazjonital-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għadha kif nehdiet sejħa ġdida għall-proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 2007-2013.
Organizzazzjonijiet eliġibbli huma mistiednajissottomettu l-applikazzjonijiet għall-proġetti relatati mas-setturi msemmija hawn taħt li jaqaw taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 6 tal-Programm Operattiv I ‘Ninvestu fil-Kompetittivita’ għall-Kwalita’ ta’ Ħajja Aħjar’:
Is-setturi taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 6 miftuħataħt din s-sejħa huma:

§      Mobilita’ Interna – sejħa ristretta għall-azzjonijiet li jippromwovu l-użu ta‘ trasport alternattiv u azzjonijiet relatati mat-trasport urban nadif [Total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja: EUR 7 miljuni] 

§       Aċċessibilita’ Elettronika [Total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja: EUR 25 miljun] 

§      Infrastruttura għall-Edukazzjoni, Soċjali u dik marbuta mas-Saħħa – sejħa ristretta għall-azzjonijiet fis-settur tal-edukazzjoni formali [Total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja: EUR 10 miljuni] 

§       Monitoraġġ Ambjentali [Total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja: EUR 5 miljuni] 

Is-sejħa tagħlaq f’ nofsinhar (12:00 hrs) tal-ĠIMGĦA 29 ta’ MEJJU 2009.

Applikanti prospettivi għandhom jieħdu nota tat-total indikattiv rispettiv tal-allokazzjoni finanzjarja ta’ kull settur għal din is-sejħa.  Il-Programm Operattiv II, il-Formola tal-Applikazzjoni, in-Noti ta’ Gwida, il-Kriterji ta’ Selezzjoni u Eliġibilita’, kif ukoll aktar informazzjoni jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku www.ppcd.gov.mt/calls_all.  

Għal aktar tagħrif u gwida, l-applikanti prospettivi huma mistiedna japplikaw għal wieħed minn żewġ Sessjonijiet ta’ Informazzjoni ta’ nofs ta’ nhar li ser isiru t-Tlieta 28 t’April 2009 mid-9am sas-1pm jew it-Tnejn 4 ta’ Mejju 2009 mit-3pm sas-7pm. Il-Formoli għar-Reġistrazzjoni għas-Sessjoni ta’ Informazzjoni jistgħu jinkisbu minn: www.ppcd.gov.mt/calls_all u jintbagħtu lil Mr Nicholas Bugeja (nicholas.bugeja@gov.mt) sa nofsinhar tal-Ġimgħa 24 t’April 2009. Il-postijiet huma limitati u jingħataw lil min jibbukja l-ewwel. In-numru ta’ applikanti għal kull organizzazzjoni jista’ jkun ristrett. 

Mistoqsijiet ġenerali relatati ma’ din is-sejħa jew mal-Politika ta’ Koeżjoni 2007 - 2013 għandhom jiġu indirizzati lis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info@ppcd.gov.mt

DOI – 15.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow