Left arrow Mur Lura

MEMBRI TAL-GTA FI ŻJARA TA’ FAMILJARIZZAZZJONI FL-ITS F’GĦAWDEX

PR0612
Date Icon 14/04/2009
Għadd ta’ membrital-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex (GTA) għamlu żjara ta’ familjarizzazzjoni fl-Istitut ġdid għall-Istudji Turistiċi, Qala, Għawdex. Din iż-żjara ġiet koordinata b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex u s-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu permezz tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
L-għan ewlieni ta’ diniż-żjara kien dak li jintroduċi l-faċilitajiet ġodda li beda joffri dan l-istitut ġdid fil-qasam tat-taħriġ fl-industrija turistika ta’ Għawdex. Dan il-proġett kien immirat biex jipprovdi faċilitajiet adegwati u moderni għal taħriġ fl-istudji turistiċi bil-għan li jtejjeb ukoll il-prodott turistiku Għawdxi u kien ko-finanzjat minn fondi Ewropej. Fil-fatt il-bini tal-Istitut għat-Taħriġ fl-Industrija Turistika f’Għawdex kien wieħed minn ħames proġetti li bbenefikaw minn ko-finanzjament mill-Fond Ewropew għal Żvilupp Reġjonali taħt il-prijorità ta’ Għawdex.

Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono spjegat kif dan il-proġett kien wieħed minn dawk il-proġetti li ġew suġġeriti wara konsultazzjoni ma’ dawk involuti fis-settur turistiku, u kif dan kien intiż biex itejjeb il-ħiliet tar-riżorsi umani u l-kwalità tas-servizz f’dan is-settur.  Il-Ministru fakkret ukoll kif l-industrija turistika Għawdxija bbenefikat minn proġetti oħra, ko-finanzjati minn fondi Ewropej, li lkoll irriżultaw f’titjib fil-prodott turistiku Għawdxi. Hija faħħret ukoll l-inizjattiva ta’ dawk involuti fis-settur, li għarfu jutilizzaw l-opportunitajiet li ġew offruti permezz ta’ skemi oħrajn li permezz tagħhom tejbu s-servizzi turistiċi li huma jipprovdu fl-istabbilimenti tagħhom. 

L-operaturi ta’ bostastabbilimenti turistiċi ewlenin f’Għawdex, setgħu jaraw il-faċilitajiet ġodda li jinkludu klassijiet, żewġ kċejjen, u restorant, flimkien ma’ taqsima oħra li tista’ tintuża bħala guesthouse. Dawn il-mezzi jipprovdu l-bażi minn fejn jingħata taħriġ f’dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ rwoli diversi fis-settur turistiku bħal front office, housekeeping, laundry, preparazzjoni u servizz tal-ikel, inbid u xorb ieħor. L-istudenti jingħataw ukoll taħriġ akkademiku bażiku u ieħor relatat mas-suġġett.
Matul din l-attività, sarupreżentazzjonijiet minn wieħed mill-għalliema f’dan l-istitut li kien ukoll student fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi. Żewġ rappreżentanti mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu wasslu informazzjoni relatata ma’ skemi u proġetti varji li din l-Awtorità qed tikkoordina u tippromwovi permezz ta’ finanzjament minn fondi ewropej. Dawn l-iskemi huma intenzjonati li joffru aktar opportunitajiet ta’ titjib u għajnuna lis-settur turistiku kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.



DOI – 14.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow