STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR0611
14/04/2009
| Solidarjeta’ mas-Sur | Ray Vella |
| Il-Gvern | juri solidarjetà mas-Sur Ray Vella li huwa ranger fis-sit Foresta 2000 fil-Mellieħa – li dalgħodu ntlaqat minn ċomb li kien sparat fid-direzzjoni tiegħu. Il-Gvern ifakkar kif dan mhux l-ewwel inċident ta’ dan it-tip kontra s-Sur Vella. |
| Hekk kif kien | mgħarraf bl-inċident kmieni dalgħodu, il-Ministru George Pullicino, li bħalissa jinsab imsiefer f’laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent tal-Unjoni Ewropea, mill-ewwel għamel kuntatt mal-President ta’ Din l-Art Ħelwa Martin Galea, li flimkien mal-Ministeru u l-Birdlife huma partners fit-tmexxija tas-sit tal-Foresta 2000 liema proġett igawdi l-appoġġ tal-pubbliku inġenerali. |
| Il-Gvern | minkejja kollox jibqa’ kommess li jissapportja dan il-progett. DOI – 14.04.2009 |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984