Left arrow Mur Lura

L-ISTABBILTÀ U S-SIGURTÀ FIL-MEDITERRAN FUQ L-AĠENDA TAD-DISKUSSJONIJIET BEJN IL-VIĊI PRIM MINISTRU U L-GVERN SIRJAN

PR0610
Date Icon 14/04/2009
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Tonio Borg illum kellu taħditiet mal-President tas-Sirja u mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Sirjan, bħala parti mill-mawra li qed jagħmel fi tliet pajjiżi tal-Lvant Nofsani: is-Sirja, il-Ġordan u l-Libanu. It-taħditiet illum iffukaw fuq il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fuq materji relatati mal-paċi u s-sigurtà fil-Mediterran, u kif jistgħu jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali.
Il-Viċi Prim Ministru waqt it-taħditietmal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Sirjan, Walid Almoallem, iffirma ftehim għal aktar kollaborazzjoni biex tissaħħaħ il-paċi u s-sigurta' fil-Mediterran u fl-inħawi tal-madwar. Dan il-qbil għandu jwassal għall-aktar koperazzjoni u djalogu bejn iż-żewġ naħat fuq temi importanti fosthom il-paċi, is-sigurta' u l-istabbilta' fil-Mediterran, u l-paċi u sigurta' b'mod internazzjonali. Iż-żewġ naħat qablu li jidħlu f'aktar diskussjonijiet bejnithom fuq għadd ta' temi politiċi u diplomatiċi, fosthom l-Unjoni tal-Mediterran, is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani u d-djalogu bejn l-Ewropa u l-Lega Għarbija.  Iktar tard mal-ġurnata Dr Tonio Borg kellu wkoll laqgħa mal-President Sirjan Dr Bashar alAssad.

Tagħrif dwar ir-relazzjonijiet bilaterali bejnMalta u s-Sirja
Ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi bejn Malta us-Sirja kienu bdew fl-1970. Fis-snin tmenin kien sar ftehim ta' koperazzjoni bl-iffirmar ta' ftehim fuq it-Turiżmu u ftehim ieħor dwar is-servizzi tal-ajru. Minn dak iż-żmien 'l hawn saru għadd ta' żjarat minn dinjitarji taż-żewġ pajjiżi. Ftehim ieħor kien dak dwar it-tassazzjoni doppja u l-prevenzjoni mill-evażjoni fiskali li kien iffirmat fi Frar tal-1999 u rratifikat f'Ottubru tas-sena ta' wara. Intant f’Novembru tal-2002 intlaħaq ftehim ta’ koperazzjoni fis-settur tal-Protezzjoni tal-Ambjent li kien Ratifikat fl-Lulju tal-2002.
Is-Sirja għandha popolazzjoni ta' 20 miljunpersuna u l-prodott gross domestiku tagħha jlaħħaq l-34 biljun ewro. Fejn tidħol l-esportazzjoni u l-importazzjoni, Malta żammet stabbli fir-rata ta' importazzjoni bejn l-2004 u l-2008, fejn fl-aħħar sena importat 205,000 ewro. Filwaqt li l-esportazzjoni laħqet il-quċċata tagħha fl-2006 b'406,000 ewro. L-iktar materjal importat mis-Sirja huwa dak marbut mal-ġebel u l-kostruzzjoni.
Fis-Sirja, Malta hija rappreżentata mill-KonsluĠenerali Ahmad Houboubati li kien maħtur konslu fl-1994 u konslu-ġenerali fl-1999, u mill-Konslu ta’ Aleppo, Toufic Bonja.

DOI – 14.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow