Left arrow Go Back

Attività biex jinġabru donazzjonijiet għall-vittmi tat-terrimot f’Abruzzo

PR0609
Date Icon 14/04/2009
Il-Ministerutal-Ġustizzja u tal-Intern, permezz tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bl-għajnuna ta’ forzi tal-ordni oħrajn u numru ta’ organizzazzjonijiet ta’ volontarjat, ser jorganizza attività nhar is-Sibt li ġej sabiex jinġabru donazzjonijiet ta’ fondi kif ukoll ta’ materjal ieħor b’risq il-vittmi tat-terrimot li laqat lir-reġjun ta’ Abruzzo fl-Italja l-ġimgħa li għaddiet.
Din l-attivitàmsejħa ‘Help Abruzzo!’ ser tikkonsisti f’wirja ta’ apparat kemm tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tal-korpi dixxiplinati l-oħra li jgħinu lil dan id-Dipartiment f’każ li jseħħ diżastru, kif ukoll ta’ għaqdiet volontarji li jikkollaboraw miegħu jew li joperaw fi ħdanu.
L-attività ser issirnhar is-Sibt 18 t’ April, 2009 bejn it-08.30 u s-13.00 f'Misrah il-Palazz (Pjazza San Gorg), il-Belt Valletta.
Bħalma tħabbar aktarkmieni, il-Dipartiment ser ikun qed jilqa’ donazzjonijiet skont il-bżonnijiet indikati mill-awtoritajiet Taljani relevanti. Għalhekk matul ‘Help Abruzzo!’ ser ikunu qed jinġabru donazzjonijiet ta’ flus kemm fuq il-post tal-attività, kif ukoll f’żewġ kontijiet bankarji li huma BOV Kont Numru 40011546461 u HSBC Kont Numru 078002391050.  Dawn il-fondi ntalbu minn u ser ikunu qed jintbagħtu lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Taljan.
Fl-istess waqt sertkun qed issir ġabra oħra fuq talba tal-Croce Rossa għal materjal għat-tfal ta’ Abruzzo bħalma huma ġugarelli, ħrieqi tat-trabi u ħalib/ikel tat-trabi.
Il-pubbliku huwamħeġġeġ biex jimxi ma’ dawn l-indikazzjonijiet u jikkontribwixxi skont kif jista’.

Nota għall-Edituri:

Nhar il-Ħamis fin-12.30 ser tinżamm laqgħa fil-Humanitarian Aid Unit tal-Marsa għall-ħaddiema u volutiera li ser ikunu qed jipparteċipaw fl-attività ta’ nhar is-Sibt. Rappreżentanti tal-mezzi tax-xandir huma mistiedna jattendu għal din il-laqgħa sabiex jiġu aġġornati dwar l-aħħar arranġamenti.

DOI – 14.04.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow