Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI

PR0608
Date Icon 14/04/2009
Direttiva li ma tagħmilx ġieħlill-Malta Union of Nurses and Midwives
Il-Malta Union of Nurses and Midwives (MUMN)għażlet li mil-lum għal għada toħroġ direttiva sabiex dawk in-nurses li jaħdmu fit-teatri tal-operazzjonijiet tal-Isptar Mater Dei ma jidħlux biex jassistu waqt l-operazzjonijiet kemm-il darba dawn ma jingħatawx body fluid repellant gowns.

Tajjeb li wieħed jgħid li:

1)L-amministrazzjoni, bħal dejjem, hija kommessa li tipprovdi t-tagħmir protettiv meħtieġ sabiex tissalvagwardja s-saħħa u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol tal-impjegati tagħha.
2)Il-gowns li qed jużaw fil-preżent huma tal-istess tip ta’ gowns li ilhom jintużaw għal dawn l-aħħar snin.
3)Ta’ min isemmi wkoll li hemm diversi tipi t’operazzjonijiet u li mhux bilfors li kollha jinħtieġu t-tip ta’ gowns mitluba mill-Union.  Il-Union għażlet li toħroġ direttiva u ma tagħmilx distinzjoni bejn operazzjonijiet li minn natura tagħhom ma jeħtieġux u bl-ebda mod ma jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ dawn it-tip ta’ gowns.
L-Amministrazzjoni, bħal ma’ għamlet f’oqsmaoħra tal-operat tas-Saħħa, għamlet eżerċizzju biex tistabbilixxi l-ħtieġa ta’ dawn it-tip ta’ gowns li jintużaw waqt l-operazzjonijiet u issa waslet fl-istadju li tikkonkludi dan l-eżerċizzju u tieħu d-deċiżjonijiet meħtiega.
Għaldaqstant, id-direttiva tal-MUMN hikkunsidrata bħala abbużiva, bla ħtieġa u m’hi se sservi għalxejn għajr biex tfixkel il-programm ippjanat tal-operazzjonijiet. Dan l-atteġġament se jolqot ħażin u b’mod dirett lill-pazjenti involuti. Proprju minħabba f’hekk li l-Amministrazzjoni ma tqisx li din hija direttiva ġusta.
B’konsegwenza ta’ dan l-aġir minn naħa tal-MUMN,il-listi ta’ stennija għall-operazzjonijiet se jkomplu jitwalu. Dan l-aġir jikkuntrasta bil-kbir mal-impenn bla heda tal-Gvern biex inaqqas dawn il-listi ta’ stennija.

DOI – 14.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow