STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI
PR0608
14/04/2009
| Direttiva li ma tagħmilx ġieħ | lill-Malta Union of Nurses and Midwives |
| Il-Malta Union of Nurses and Midwives (MUMN) | għażlet li mil-lum għal għada toħroġ direttiva sabiex dawk in-nurses li jaħdmu fit-teatri tal-operazzjonijiet tal-Isptar Mater Dei ma jidħlux biex jassistu waqt l-operazzjonijiet kemm-il darba dawn ma jingħatawx body fluid repellant gowns. |
Tajjeb li wieħed jgħid li:
| 1) | L-amministrazzjoni, bħal dejjem, hija kommessa li tipprovdi t-tagħmir protettiv meħtieġ sabiex tissalvagwardja s-saħħa u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol tal-impjegati tagħha. |
| 2) | Il-gowns li qed jużaw fil-preżent huma tal-istess tip ta’ gowns li ilhom jintużaw għal dawn l-aħħar snin. |
| 3) | Ta’ min isemmi wkoll li hemm diversi tipi t’operazzjonijiet u li mhux bilfors li kollha jinħtieġu t-tip ta’ gowns mitluba mill-Union. Il-Union għażlet li toħroġ direttiva u ma tagħmilx distinzjoni bejn operazzjonijiet li minn natura tagħhom ma jeħtieġux u bl-ebda mod ma jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ dawn it-tip ta’ gowns. |
| L-Amministrazzjoni, bħal ma’ għamlet f’oqsma | oħra tal-operat tas-Saħħa, għamlet eżerċizzju biex tistabbilixxi l-ħtieġa ta’ dawn it-tip ta’ gowns li jintużaw waqt l-operazzjonijiet u issa waslet fl-istadju li tikkonkludi dan l-eżerċizzju u tieħu d-deċiżjonijiet meħtiega. |
| Għaldaqstant, id-direttiva tal-MUMN hi | kkunsidrata bħala abbużiva, bla ħtieġa u m’hi se sservi għalxejn għajr biex tfixkel il-programm ippjanat tal-operazzjonijiet. Dan l-atteġġament se jolqot ħażin u b’mod dirett lill-pazjenti involuti. Proprju minħabba f’hekk li l-Amministrazzjoni ma tqisx li din hija direttiva ġusta. |
| B’konsegwenza ta’ dan l-aġir minn naħa tal-MUMN, | il-listi ta’ stennija għall-operazzjonijiet se jkomplu jitwalu. Dan l-aġir jikkuntrasta bil-kbir mal-impenn bla heda tal-Gvern biex inaqqas dawn il-listi ta’ stennija. |
DOI – 14.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984