IL-VIĊI PRIM MINISTRU TONIO BORG FI ŻJARA FIL-LVANT NOFSANI
PR0607
13/04/2009
| Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet | Barranin Dr Tonio Borg se jħalli Malta llum fuq żjara fi tliet pajjiżi tal-Lvant Nofsani: is-Sirja, il-Libanu u l-Ġordan. Din iż-żjara għandha l-għan biex fost l-oħrajn ittejjeb ir-relazzjonijiet ta’ Malta ma’ dawn il-pajjiżi kif ukoll jintlaħqu għadd ta’ ftehim bilaterali, fosthom fuq il-ħelsien mit-tassazzjoni doppja u ftehim ieħor kontra l-kriminalita’. Il-Ministru Tonio Borg se jkun qed jiddiskuti wkoll għadd ta’ temi oħra fosthom is-sigurta’ fil-Mediterran u r-rwol ta’ Malta fl-Unjoni tal-Mediterran. |
| Waqt iż-żjara tiegħu fis-Sirja, il-Viċi Prim | Ministru se jkollu laqgħat mal-President Bashir Al-Assad, u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Walid Mouallem. Fil-Libanu se jkollu taħditiet mal-President Michel Suleiman, mal-Prim Ministru Fouad Siniora u mal-Ministru tal-Affarijiet Barran Fawzi Salloukh. Fil-Ġordan, il-Viċi Prim Ministru Malti se jiltaqa’ mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Naser Jodeh. |
| Il-Viċi Prim Ministru huwa akkumpanjat | mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Dr Cecilia Attard Pirotta. Dr Tonio Borg mistenni lura Malta nhar il-Ħadd li ġej. |
DOI – 13.04.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984