Left arrow Go Back

IL-VIĊI PRIM MINISTRU TONIO BORG FI ŻJARA FIL-LVANT NOFSANI

PR0607
Date Icon 13/04/2009
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Dr Tonio Borg se jħalli Malta llum fuq żjara fi tliet pajjiżi tal-Lvant Nofsani: is-Sirja, il-Libanu u l-Ġordan. Din iż-żjara għandha l-għan biex fost l-oħrajn ittejjeb ir-relazzjonijiet ta’ Malta ma’ dawn il-pajjiżi kif ukoll jintlaħqu għadd ta’ ftehim bilaterali, fosthom fuq il-ħelsien mit-tassazzjoni doppja u ftehim ieħor kontra l-kriminalita’. Il-Ministru Tonio Borg se jkun qed jiddiskuti wkoll għadd ta’ temi oħra fosthom is-sigurta’ fil-Mediterran u r-rwol ta’ Malta fl-Unjoni tal-Mediterran.
Waqt iż-żjara tiegħu fis-Sirja, il-Viċi PrimMinistru se jkollu laqgħat mal-President Bashir Al-Assad, u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Walid Mouallem. Fil-Libanu se jkollu taħditiet mal-President Michel Suleiman, mal-Prim Ministru Fouad Siniora u mal-Ministru tal-Affarijiet Barran Fawzi Salloukh. Fil-Ġordan, il-Viċi Prim Ministru Malti se jiltaqa’ mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Naser Jodeh.
Il-Viċi Prim Ministru huwa akkumpanjatmis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Dr Cecilia Attard Pirotta. Dr Tonio Borg mistenni lura Malta nhar il-Ħadd li ġej.

DOI – 13.04.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow