Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti se jżur Malta
PR0606
12/04/2009
| Fil-21 u 22 ta’ April, is-Segretarju Ġenerali | tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-moon se jkun qed iżur Malta. Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg spjega li matul din iż-żjara, Ban Ki-moon se jkollu laqgħat mal-E.T. il-President ta’ Malta Dr Gorg Abela, kif ukoll mal-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi. |
| Huwa | mistenni wkoll jindirizza l-Parlament Malti matul iż-żjara ta’ jumejn li se jagħmel f’pajjiżna. |
| L-aħħar żjara minn Segretarju Ġenerali | tan-Nazzjonijiet Uniti ġewwa pajjiżna tmur lura 21 sena ilu. Ban Ki-moon huwa it-tmien Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u kien jokkupa l-kariga ta’ Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Korea. Huwa ghandu 64 sena. Huwa ġie maħtur Segretarju Ġenerali fl-1 ta’ Jannar 2007, wara li temm il-kariga tiegħu Kofi Annan. |
DOI - 12.04.09
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984