JUM DINJI TAS-SAĦĦA 2009 – SAVE LIVES. MAKE HOSPITALS SAFE IN EMERGENCIES
PR0600
07/04/2009
| Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tas-Saħħa 2009, | illum wara nofsinhar, is-Segretarji Parlamentari Mario Galea u Dr Joe Cassar indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fl-Isptar Mater Dei. It-tema li għażlet l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għal din is-sena hija ‘Save Lives – Make Hospitals Safe in Emergencies’. Dan għaliex huwa kruċjali li pajjiżna jkun ippreparat f’każ ta’ major disasters kemm mil-lat ta’ faċilitajiet tas-saħħa kif ukoll mil-lat ta’ professjonisti u staff. Dawn il-major disasters jinkludu terremoti, gwerer, tsunami, ċikluni iżda anki mard infettiv perikoluż bħall-pandemija tal-influwenza. |
| Is-Segretarju Parlamentari Mario Galea semma’ | li f’każ ta’ diżastru fuq skala nazzjonali, il-Protezzjoni Ċivili tinsab ippreparata u għandha pjan ta’ kontinġenza. Hemm numru ta’ voluntiera mħarrġa biex jagħtu l-għajnuna lill-Protezzjoni Ċivili f’każ ta’ bżonn. Il-Forzi Armati, il-Pulizija u entitajiet oħra wkoll jaħdmu, jikkoordinaw u jippjanaw flimkien f’kaz ta’ major disaster. B’mod regolari jsiru wkoll eżercizzji ta’ taħrig biex dejjem nitgħallmu mill-iżbalji li nagħmlu ħalli nkunu dejjem aktar ippreparati f’każ li tinqala’ il-ħtieġa. |
| “Biex l-Isptar Mater Dei ikun jista’ jgħin | lill-popolazzjoni meta jiġri xi forma ta’ diżastru naturali, l-Isptar irid ikun tali li ma jispiċċax jinqered hu stess bħal b’xi terremot. Għaldaqstant meta kien qed jinbena l-isptar, il-bini ġie maqsum strutturalment f’sezzjonijiet separati b’seismic joints u dan biex ikun jista’ jirreżisti l-eventwalita` ta’ terremot”, qal Mario Galea. |
| Semma’ li f’każ tal-influwenza pandemika, | id-Dipartiment tas-Saħħa għandu pjanijiet li prinċipalment huma bbażati fuq prevenzjoni u kontroll ta’ tixrid ta’ mard. Il-gvern għandu stock ta’ mediċini (anti virals) biex jilqgħu għal din it-tip ta’ influwenza pandemika iżda qed isegwi l-pariri ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Għaqda Dinjija tas-Saħħa biex f’każ ta’ bżonn il-gvern jixtri il-vaccine kontra il-virus H5N1 għall-poplu Malti. Mario Galea qal li sa llum jeżisti biss vaccine għal dan il-virus H5N1 imma m’hemm ebda garanzija li jekk tfaqqa’ l-influwenza pandemika l-virus ser ikun ta’ dan it-tip. “Jista jkun virus differenti u f’dak il-każ id-dinja trid tistenna minn 4 sa 6 xhur sakemm jiġi identifikat il-virus li jkun qed jikkaġuna l-Influwenza Pandemika u jsir vaccine kontrieh”, qal Mario Galea. |
| Mario Galea temm jgħid li Malta qed | tipparteċipa fil-laqgħat internazzjonali organizzati fuq dan is-suġġett u qed issegwi l-pariri tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa kif ukoll taċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard. |
| Min-naħa tiegħu, Dr Joe Cassar qal li ttieħdu | wkoll miżuri biex l-Isptar Mater Dei ikun protett mir-riskju ta’ nar. Il-bini ġie maqsum f’fire compartments żgħar li jkunu iżolati minn xulxin f’każ ta’ nar biex ma jinfirixx. Dan isir billi bibien apposta bejn dawn il-kompartimenti jagħlqu awtomatikament f’każ ta’ nar u billi ntuża materjal fire retardant. |
| “Billi l-isptar Mater Dei huwa l-uniku sptar | pubbliku f’Malta, f’każ ta’ emerġenza fuq skala nazzjonali jkun irid jibqa’ jagħti s-servizzi mediċi essenzjali lill-popolazzjoni. Il-Major Incident Scheme tal-isptar jelenka kif l-isptar ikun jista’ jespandi s-servizzi tiegħu malajr apparti dawk li jingħataw normalment, biex b’hekk ikun jista’ jagħti kura lil numru sostanzjali ta’ vittmi” temm jgħid Dr Cassar. |
| Preżenti għal din il-konferenza | tal-aħbarijiet fl-Isptar Mater Dei kien hemm Dr John Cachia, Dr Ray Busuttil, Dr Charmaine Gauci u Ms Marion Rizzo. |
DOI – 07.04.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984