IL-PRATTIĊI TAJBA FIL-KULLEĠĠI F’EGĦLUQ L-EWWEL SENA TAGĦHOM
PR0596
07/04/2009
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, | Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina dal-għodu ħabbret li fi żmien qrib se ssir riforma tal-MATSEC u oħra dwar l-Iskejjel Speċjali. Hi kienet qed titkellem fl-okkażjoni tal-ewwel anniversarju minn meta s-sistema tal-Kulleġġi bdiet taħdem b’mod holistiku u uriet is-sodisfazzjon tagħha għad-diversi prattiċi tajba li kienu ntrodotti fid-diversi Kulleggi matul is-sena li għaddiet. |
| Il-Ministru qalet li kien ta’ sodisfazzjoni | kbir għaliħa bħala l-Ministru tal-Edukazzjoni li tagħmel esperjenza ta’ parti żgħira mill-ħafna xogħol li rnexxielhom iwettqu l-10 Kulleġġi tal-Istat matul din l-ewwel sena mit-twaqqif uffiċjali tagħhom. |
| ‘Nista’ ngħid li dan l-impenn qed ninnotah | kull darba li nżur il-Kulleġġi, niltaqa’ mal-Prinċipali, mal-Kapijiet tal-iSkejjel, mal-għalliema, mal-istudenti u mal-ġenituri. Bħala Ministru tal-Edukazzjoni ridt naqsam din l-esperjenza pożittiva magħkom permezz ta’ din il-preżentazzjoni li wrejna’. |
| L-esperjenza tal-Kulleġġi hi waħda | impressjonanti ferm meta naraw il-volum kbir ta’ xogħol li rnexxielhom iwettqu l-Kulleġġi fl-iskejjel tagħhom fi żmien tant qasir. |
| Kien ftit aktar minn sena ilu biss li | pajjiżna ra riforma komprensiva fil-qasam edukattiv, li kienet bdiet titfassal mill-ex Ministru Louis Galea li għamel xogħol siewi ferm f’dan il-qasam. Ma ntroduċejniex biċċiet ta’ riformi ‘l hemm u ‘l hawn, iżda bil-għaqal introduċejna riforma ambizzjuża iżda li bil-fatti qed naraw li aħna kapaċi nwettquha b’riżultati tajbin ħafna. Matul dawn il-ftit xhur komplejna ninnotaw kemm għandna uffiċjali dedikati u impenjati fil-qasam edukattiv. |
| Twaqqfu d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi | u d-Direttorat għall-Kwalita’ u l-Istandard fl-Edukazzjoni mmexxija minn żewġ Diretturi Ġenerali dedikati li b’sinerġija u b’bilanċ bejniethom qed joffru l-ispazji kollha meħtieġa biex f’xenarju nazzjonali l-10 Kulleġġi tal-Istat ikunu jistgħu joperaw b’suċċess. Fost l-isfidi li kellhom quddiemhom iż-żewġ Direttorati kienet il-mixja prattika miċ-ċentralizzazzjoni għad-deċentalizzazzjoni |
| Matul din l-ewwel sena wkoll rajna t-twaqqif | tal-bqija tal-10 Kulleġġi tal-Istat u l-ħatra tal-Prinċipali tal-Kulleġġi. Matul din is-sena l-Prinċipali kellhom żewġ sfidi kbar ħafna li affrontaw b’serjeta’ kbira. L-ewwel waħda ġiet mit-twaqqif tal-Kulleġġi nfushom. Irnexxielhom jaħdmu id f’id mal-Kapijiet tal-Iskejjel tagħhom biex introduċew operat edukattiv ġdid f’pajjiżna. It-tieni sfida fl-istess sena kienet marbuta mal-proċess konsulatttiv fuq it-Tranżizzjoni mill-Primarja għas-Sekondarja. Żewġ sfidi kbar ħafna li ġew trattati bi professjonalita’ eżemplari, bla skossi u bla kriżijiet. |
Inizjattivi ġodda
| ‘Illum rajna prattika tajba minn kull | Kulleġġ. Irrid infakkar hawnhekk li dawn il-prattiċi saru fuq bażi ta’ Kulleġġ u mhux fuq bażi ta’ xi skola ‘l hemm u ‘l hawn. Illum l-iskejjel m’għadhomx jaħdmu f’iżolament imma qed naraw fil-prattika aktar kollaborazzjoni bejn skejjel primarji u sekondarji fl-istess Kulleġġ. Illum il-Kapijiet tal-Iskejjel huma eqreb ta’ xulxin. L-għalliema għandhom aktar opportunitajiet għall-iżvilupp u t-taħriġ professjonali tagħhom, waqt li qed naraw kif għalliema fl-iskejjel differenti fl-istess Kulleġġ qed ikunu eqreb ta’ xulxin ukoll. |
| Nieħu pjaċir ninnota wkoll kemm | il-professjonisti tagħna fehmu l-importanza tad-deċentralizzazzjoni. Illum l-iskejjel tal-Istat igawdu minn awtonomija fi ħdan il-Kulleġġi tagħhom u għax qed tintuża minnhom favur tagħhom stess qed naraw dawn ir-riżultati tant sbieħ. |
| Wara biss sena mit-twaqqif uffiċjali | tal-Kulleġġi, qed naraw inizjattivi li jinfirxu mis-snin bikrija tal-kindergarten sal-aħħar sena tas-sekondarja. U dawn il-prattiċi, mal-ħafna oħrajn li nsibu għaddejjin fil-Kulleġġi tal-Istat, ser ikomplu jgħinu biex it-tranżizzjoni mill-primarja għas-sekondarja tkun waħda komda u mingħajr skossi. |
| L-isfidi f’din ir-riforma ma kinux ftit u l-anqas | ma kienu żgħar. L-esperjenza matul din is-sena qed turina kemm fil-prattika l-professjonisti tagħna fl-iskejjel, fil-Kulleġġi u fid-Direttorati huma motivati, ippreparati u kapaċi jiksbu l-aqwa riżultati. |
| Issa qed naraw kollaborazzjoni bejn id-Direttorati | u d-Dipartimenti tagħhom, il-Kulleġġi u l-iskejjel tagħhom. Illum qed naraw lill-Kapijiet tal-Iskejjel ipoġġu madwar mejda flimkien mal-Prinċipal tal-Kulleġġ biex flimkien jiddiskutu, jfasslu u jwettqu d-direzzjoni li huma jagħżlu għat-tfal u l-istudenti tagħhom. Qed naraw lid-Diretturi Ġenerali, id-Diretturi u l-Prinċipali jiltaqgħu b’mod regolari u flimkien sa mill-bidu nett qed ifasslu u jikkordinaw l-implimentazzjonijiet kollha neċessarji għal din ir-riforma fl-edukazzjoni ta’ pajjiżna. |
| Matul din l-ewwel sena bdejna ninnotaw ukoll | kif l-10 Kulleġġi tal-Istat qed jibnu l-identitajiet tagħhom u dan hu riżultat prattiku tal-awtonomija tal-Kulleġġi f’kuntest nazzjonali, tal-entużjażmu tal-professjonisti tagħna. Kull Kulleġġ qiegħed jibni l-identita’ tiegħu billi joħloq prattiċi tajbin u sostenibbli. Qed naraw ukoll kif Kulleġġi qed jitgħallmu minn xulxin u jaħdmu flimkien fuq inizjattivi differenti. |
| Dan kollu ma jwassalx għal kompetizzjonijiet | bejn il-Kulleġġi għaliex l-awtonomija tagħhom tinftihem f’kuntest nazzjonali. Għalhekk ukoll illum għandna d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li ma jiddiskriminax bejn Kulleġġ u ieħor, anzi jara li s-servizzi jgawdu minnhom l0 Kulleġġi. Għalhekk ukoll illum għandna d-Direttorat għall-Kwalita’ u l-Istandards fl-Edukazzjoni biex tħares dawn l-aspetti fl-10 Kulleġġi. |
| Dan huwa mument eċċitanti ħafna. Mhux qed | ngħixu bidliet bl-iskossi imma qed ngħixu bidliet ippjanati u kkordinati bħala riforma waħda ġenerali. Ir-riżultati diġa’ qed juru b’mod ċar li l-għażliet li għamilna u li qed nagħmlu qed jagħtuna riżultati sbieħ u inkoraġġanti. Qed naraw ukoll li dak li qabel kien jieħu t-tul ta’ żmien biex isir, u jekk kien isir, illum fil-kuntest tal-Kulleġġi qed narawh isir u jsir aktar malajr. |
| U dan hu s-sabiħ f’din l-esperjenza pożittiva | li qed ngħixu fl-iskejjel tal-Istat miġburin f’10 Kulleġġi. Dan huwa mument eċċitanti għalina lkoll u nagħmlu tajjeb li napprofittaw ruħna biex din l-esperjenza tkun waħda ta’ suċċess fl-interess tal-professjonisti, tat-tfal u tal-istudenti u tal-ġenituri.’ |
DOI – 07.04.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984