Left arrow Mur Lura

ATTIVITAJIET GĦALL-ĠIMGĦA MQADDSA FIĊ-ĊENTRI TA’ MATUL IL-JUM GĦALL-ANZJANI

PR0595
Date Icon 07/04/2009
Matul din il-ġimgħa, bi tħejjija għall-Għidil-Kbir, isiru bosta attivitajiet fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-anzjani f’Malta. Dawn l-attivitajiet jgħinu sabiex wieħed jirrifletti fuq it-tbatija u s-sofferenza ta’ Kristu kif ukoll iservu biex wieħed jidħol fl-ispirtu ta’ dawn il-festi. F’dawn l-avvenimenti jieħdu sehem il-membri anzjani. Fost iċ-Ċentri li ser itellgħu dawn l-attivitajiet hemm dawk taż-Żurrieq u taż-Żejtun.
Illum it-Tlieta 7 ta’ April fiċ-Ċentru ta’ Matulil-Jum taż-Żurrieq qed tittella’ attivita’ bl-isem ta’ ‘Velja Bibblika’ li fiha jieħdu sehem l-anzjani li jiffrekwentaw dan iċ-Ċentru, dawk ta’ Ħal-Safi u anki membri tal-istaff. Ikun hemm qari mill-Bibbja, kif ukoll bħala parti mir-ritwal, issir l-Ikla tal-Mulej b’ikel tipikament Lhudi, li jinkludi ħobż ażmu, zalza, ħaruf, ħaxix morr, inbid u frott. Il-ħsieb ta’ din l-attivita’ hu li l-membri kollha jingħaqdu bħal aħwa flimkien, kemm permezz tal-ikla, kif ukoll permezz tat-talb u jfakkru l-ġrajja tal-passjoni u l-mewt ta’ Kristu. Din iċ-ċerimonja titmexxa minn saċerdot.
Fiċ-Ċentru taż-Żejtun għada l-Erbgħa l-anzjaniser jieħdu sehem fi play bl-isem ta’ ‘Miċ-Ċena sal-Qawmien’. Din il-play ilha ssir għal bosta snin f’dan iċ-Ċentru. L-anzjani jagħmlu l-parti ta’ Ġesu u l-Appostli waqt li jinterpretaw l-aħħar siegħat tal-ħajja ta’ Kristu.
F’dawn iż-żewġ attivitajiet marbutamat-tradizzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa wieħed irid japprezza l-kapaċita’ ta’ kull wieħed u waħda mill-anzjani li jieħdu sehem. Il-membri ta’ dawn iċ-Ċentri u l-istaff ikunu ilhom ħafna jippreparaw u jagħmlu l-provi sabiex dawn l-avvenimenti jirnexxu. Ta’ min isemmi li mferrxa madwar Malta hawn 16-il Ċentru ta’ Matul il-Jum u fihom jattendu 157 raġel u 1,323 mara. Matul is-sena jiġu organizzati bosta attivitajiet li jinkludu lezzjonijiet tal-computer u taż-żfin, Jum Sports għall-Anzjani u anki ħarġiet kulturali.

DOI – 07.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow