GĦOTI TA’ ĊERTIFIKATI LILL-EWWEL GRUPP TA’ CARE ASSISTANTS
PR0594
07/04/2009
| “L-anzjan mhux qiegħed għall-isptar iżda | l-isptar għall-anzjan” hekk stqarr dalgħodu Mario Galea, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ meta qassam iċ-ċertifikati lil 49 carers li f’Jannar temmew b’suċċess l-ewwel kors ta’ Care Assistants. Il-kors ġie organizzat mis-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ b’kollaborazzjoni mal-Institute of Health Care. Din kienet waħda mill-ewwel inizjattivi li dan is-Segretarjat ħa wara l-elezzjoni għax inħasset il-ħtieġa li jkun hawn aktar nies imħarrġa fil-kura tal-anzjani. |
| “Waqt ix-xogħol tagħkom ftakru li l-anzjani | qabel kollox huma bnedmin li jistħoqqilhom rispett. L-anzjani huma parti mill-ġenerazzjoni tal-bieraħ li sawru pajjiżna kif nafuh illum. Għandna dejn kbir lejhom” kompla jgħid Mario Galea. |
| Fir-Residenza San Vinċenz de Paul, fejn saret | l-għotja taċ-ċertifikati, hemm aktar minn 1000 anzjani. Dawn kollha ġejjin minn ambjent u esperjenza tal-ħajja differenti u lkoll għandhom bżonnijiet differenti. Għaldqastant il-kors ġie mfassal apposta biex il-kura li tingħata lill-anzjani tkun waħda olistika. Mario Galea saħaq iżda li hija l-imġieba tal-carers u ta’ dawk kollha li jaħdmu f’dan is-settur li tagħmel id-differenza fil-ħajja tal-anzjani. |
| Is-Segretarju Parlamentari Galea feraħ lil dawk | kollha li temmew dan il-kors w irringrazzjhom talli għażlu li jaħdmu fil-qasam tal-anjzani. |
DOI – 07.04.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984