Left arrow Mur Lura

MA HEMM L-EBDA MALTI MIDRUB FL-INĦAWI TA’ L’AQUILA MILL-INFORMAZZJONI MIĠBURA SA ISSA

PR0590
Date Icon 07/04/2009
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin irnexxielujagħmel kuntatt mal-Maltin kollha li kienu magħrufa li jgħixu fl-inħawi ta’ L’Aquila fl-Italja, cioe’ iż-żona li ntlaqtet minn terremot fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u it-Tnejn.
F’din iż-żona Malta għanda lir-rappreżentant DrLuigi Lombardo. L-uffiċċji li minnhom jopera Lombardo ġġarfu partijiet minnhom u għal daqstant wieħed ma setax jaċċessa dokumenti merfugħa f’dan l-uffiċċji fejn kien hemm id-dettalji dwar il-Maltin li jgħixu f’din iż-żona.
Kienmagħruf li sitt Maltin kienu jgħixu f’dawn l-akwati sa ftit żmien ilu.
Persuna minnhom li huwa qassis kien ħallaL’Aquila ftit żmien ilu. Persuna oħra mietet mewta naturali ftit snin ilu, filwaqt li mara oħra Maltija kienet involuta f’inċident tat-traffiku ftit żmien ilu u fih tilfet ħajjitha.
Għaldaqstant kien fadal tliet persuni oħra Maltin li kienu jgħixu f’dan l-inħawi. Dawn huma soru li tilfet ir-residenza tagħha u li tinsab fi stat tajjeb. Din ittieħdet mill-Uffiċjali Taljani f’residenza oħra u bħalissa għaddejja ħidma biex hi tiġi lura Malta.
MaraMaltija miżżewġa Taljan ukoll tilfet id-dar tagħha. Hi rnexxielha titlaq mid-dar flimkien ma’ tlett uliedha ftit qabel din iġġarfet u llum dawn jinsabu f’residenza oħra tal-familja.
MaraMaltija oħra miżżewġa Taljan ukoll tilfet l-aċċess għad-dar tagħha kawża tat-terremot. Hi flimkien ma’ żewġha u uliedom qattgħu l-lejl ġewwa l-karozza tal-familja.
Sadattant huwa magħruf li ma hemmx kunjomijietMaltin fil-lista ta’ persuni identifikati sa issa u li sfortunatament tilfu ħajjithom.
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Tonio Borg li huwa mistenni lura Malta llum, irringrazzja lill-ħaddiema tal-Ministeru kif ukoll lill-ħaddiema fi ħdan l-Ambaxxata Maltija f’Ruma li fl-aħħar siegħat wettqu ħidma intensiva sabiex assiguraw li l-Maltin involuti jingħataw l-assistenza kollha meħtieġa.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jkomplijappella lill-pubbliku li jekk għandu xi informazzjoni dwar Maltin li jinsabu f’din iż-żona fl-Italja, wieħed għandu jċempel lill-Uffiċjali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fuq 21242191.
DOI –07.04.2009
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow