STQARRIJA TAD-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA DWAR DIRETTIVI MILL-MUMN
PR0588
07/04/2009
| Id-Dipartiment | tas-Saħħa jrid li jsiru aktar operazzjonijiet ġewwa l-iSptar Mater Dei u għalhekk inħass il-bżonn li jkun hemm aktar riżorsi umani u nħoloq il-grad ta’ Technicians biex l-infermiera jiġu meħlusa minn xogħol li jista’ jsir minn ħaddiema ta’ kategoriji oħra. |
| Is-Segretarjat | tas-Saħħa jirringrazzja lill-infermiera kollha fis-servizz pubbliku tas-saħħa, għad-dedikazzjoni u l-ħidma sfieqa li joffru lill-pazjenti li jkollhom bżonn kura u attenzjoni fl-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa madwar Malta u Għawdex. Is-Segretarjat tas-Saħħa jinnota b’dispjaċir li l-isforzi li qegħdin isiru sabiex l-infermiera fis-swali tal-operazzjonijet fl-iSptar Mater Dei ikollhom is-support meħtieġ mhux qed jiġu apprezzati mir-rappreżentanti tal-infermiera fl-MUMN. |
| L-iskop wara l-proposta | li jiġu mħarrġa u ngaġġati persuni li jagħmlu xogħol ta’ Technicians fis-swali tal-operazzjonijiet huwa sabiex l-infermiera jiġu meħlusa minn xogħlijiet li jistgħu jsiru ukoll minn ħaddiema ta’ kategoriji oħra kif isir f’pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea. |
| It-Technicians | fis-swali tal-operazzjonijiet huma ntiżi biex jaħdmu taħt is-superviżjoni kontinwa ta’ infermiera mħarrġa. Dan huwa mmirat sabiex mill-aktar fis possibbli jinfetħu aktar swali tal-operazzjonijiet u b’hekk il-pazjenti li qegħdin jistennew biex issirilhom operazzjoni jinqdew aktar malajr. |
| Il-Management | tal-iSptar Mater Dei qiegħed jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex l-operazzjonijiet ipprogrammati mil-lum it-Tlieta, 7 ta’ April 2009 u għall-ġranet ta’ wara, isiru kif ippjanat fl-interess tal-pazjenti u l-ħtiġijiet mediċi tagħhom. Il-Management sa jara li filwaqt li jiġu rispettati il-ħinijiet tal-breaks tal-infermiera, l-operazzjonijiet jiġu skedati sabiex fl-ebda mument ma jkun hemm xi periklu għall-pazjent. |
| Is-Segretarjat | tas-Saħħa jappella għall-koperazzjoni tal-pubbliku sabiex kulħadd ikun jista’ jinqeda. Fl-istess ħin is-Segretarjat tas-Saħħa jerga’ jappella lill-MUMN sabiex tikkopera mal-Gvern fl-interess tal-pazjenti u tal-istess infermiera li hi tirrappreżenta. |
DOI – 07.04.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984