Left arrow Go Back

ISIR KUNTATT MA’ IKTAR MALTIN LI JGĦIXU FL-INĦAWI TA’ L’AQUILA

PR0587
Date Icon 07/04/2009

Matul il-lejl li għadda rnexxielu jsir kuntatt ma’ iktar Maltin li jgħixu jew inkella kienu jinsabu fl-inħawi ta’ L’Aquila fir-reġjun ta’ Abruzzo fl-Italja.

Dan it-terremot sa issa ħalla 179 vitma. 

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Tonio Borg li jinsab f’kuntatt kontinwu mal-Ambaxxata Maltija f’Ruma, irringrazzja lill-pubbliku Malti li fl-aħħar siegħat għamel kuntatt mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u għadda informazzjoni importanti li waslet sabiex ikunu identifikati iktar Maltin fiz-zona.
Iż-żewġ nisa Maltin li jgħixu fil-belt ta’Chieti, ftit l’bogħod minn L’Aquila sar kuntatt magħhom u jinsabu tajbin.
Is-soru Maltija li tilfet id-dar tagħha tinsabf’kundizzjoni tajba u hija mistennija Malta dalwaqt. Il-proċeduri neċessarji sabiex din tinġieb Malta minkejja li tilfet id-dokumenti tal-ivvjaġġar diġà saru.
Mara Maltija miżżewġa l-Italja u li tgħixfiz-zona milquta għamlet kuntatt mal-familjari tagħha hawn Malta u stqarret li hi tinsab tajba minkejja li bħalissa qeda tgħix f’karozza.
Irnexxielu wkoll isir kuntatt ma’ mara Maltijali tgħix f’L’Aquila. Hi għandha tlett itfal. Kemm hi, kif ukoll it-tfal jinsabu f’kundizzjoni tajba.
Sadattant il-Ministeru tal-Affarijiet Barraninjkompli jappella lill-pubbliku li jekk għandu xi informazzjoni dwar Maltin li jinsabu f’din iz-zona fl-Italja wieħed għandu jċempel lill-Uffiċjali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fuq 21242191.
Iktar informazzjoni tkun magħmula pubblika hekkkif ikun hemm iktar konfermi.

DOI – 07.04.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow