Left arrow Mur Lura

SESSJONI TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-KUNSILLI LOKALI DWAR OPPORTUNITAJIET TA’ FONDI MILL-PJAN TA’ ŻVILUPP RURALI

PR0586
Date Icon 07/04/2009
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni Chris Said, indirizza seminar organizzat mis-Segretarjat bi sħab mal-MEUSAC dwar żewġ miżuri tal-Pjan ta’ Żvilupp Rurali. Dan huwa seminar ieħor f’serje ta’ laqgħat ta’ informazzjoni li jittrattaw opportunitajiet ta’ fondi mill-Pjan ta’ Żvilupp Rurali.
Rappreżentanti mill-Ministeru tar-Riżorsi ul-Affarijiet Rurali pprovdew informazzjoni dwar Miżuri 313 u 323, li bejniethom ikopru ammont totali ta’ €32 miljun. Miżura 313 titratta titjib fil-kwalità ta’ ħajja fi nħawi rurali u diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali.Din il-miżuragħandha l-għan li tħeġġeġ l-iżvilupp sostennibbli u l-użu effiċjenti tar-riżorsi rurali għall-qasam turistiku.  Fost l-azzjonijiet li tippromovi din il-miżura hemm il-kreazzjoni, l-iffaċilitar, u l-manteniment għal aċċess ta’ nħawi ta’ interess, restawr t’attrazzjonijiet turistiċi, attivitajiet li jwasslu għal apprezzament tan-natura bħal osservazzjoni tal-għasafar u mixjiet fil-kampanja, kif ukoll il-promozzjoni ta’ avvenimenti u attrazjonijiet mibnija fuq il-wirt naturali u dak fiżiku.
Il-Miżura 323 titratta konservazzjoni u titjibfil-livell tal-wirt rurali.L-għan tagħha hu li ttejjeb il-kwalità ta’ ħajja fi nħawi rurali billi jissaħħaħ il-pajsaġġ li joffru il-gżejjer Maltin. Din il-miżura tgħin f’investimenti bħall-konservazzjoni, restawr u titjib tal-livell tal-wirt naturali u fiżiku.
Dawn l-opportunitajiet ta’ fondi jinvolvuħidmiet reġjonali li jiġu realizzati permezz tal-Kunsilli Lokali.  Sabiex dawn il-ħidmiet ikunu eliġibbli dawn iridu jseħħu f’żoni rurali u l-barra minn żoni urbani.
Is-Segretarju Parlamentari ħeġġeġlir-rappreżentati tal-Kunsilli Lokali biex jibbenefikaw minn dawn il-miżuri għax permezz tagħhom nagħrfu nsaħħu l-prodott awtentiku Malti fil-lokalitajiet tagħna u l-wirt kulturali u naturali li jaqa’ taħt ir-responabbilita’ tal-Kunsilli Lokali. Din l-għajnuna tgħin biex intejbu d-dehra tal-lokalitajiet tagħna biex iservu bħala attrazzjonijiet isbaħ għalina stess u għall-barranin li jżuruna.
Fid-diskors tal-għeluq, Dr Vanni Xuereb, il-Kaptal-MEUSAC qal li sodisfatt bil-ħidma li qed issir flimkien mal-Kunsilli Lokali, anke permezz tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-MEUSAC u l-Kunsilli Lokali.  L-għan tal-MEUSAC hu li jgħin lill-Kunsilli Lokali japplikaw għal fondi mill-UE, iżda wkoll li jgħaddi l-ħila neċessarja lill-istess Kunsilli biex huma stess jibdew japplikaw għal proġetti ffinanzjati mill-UE.
Dr Xuereb appella biex il-MEUSAC u l-KunsilliLokali jkomplu jaħdmu id f’id biex il-Kunsilli jaħtfu kull opportunita` miftuħa għalihom, inkluż dawk taħt il-Fond mill-Pjan ta’ Żvilupp Rurali, biex il-lokalitajiet f’Malta u Għawdex ikomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħhom.

DOI – 07.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow