Left arrow Go Back

MQASSMA ĊERTIFIKATI LILL-PARTEĊIPANTI F’KORSIJIET FIĊ-ĊENTRU GĦAWDXI TAL-ARTI U L-ARTIĠJANAT WISTIN CAMILLERI

PR0584
Date Icon 06/04/2009
L-Onor. Giovanna Debono,Ministru għal Għawdex, qassmet ċertifikati lill-parteċipanti, li matul ix-xhur li għaddew, ipparteċipaw f’55 kors li kienu organizzati fiċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri.
Dawn il-korsijiet jittrattawmaterji varji tal-Arti, Snajja’ u xogħol kreattiv li ta’ kull sena jiġbdu attendenza numeruża. Matul din is-sena aktar minn elf parteċipant  qegħdin jattendu għall-korsijiet li jkunu għaddejjin matul il-ġimgħa kollha, inkluż is-Sibt. Fost l-aktar popolari jirriżultaw il-pittura, għat-tfal u għall-kbar, il-bizzilla u rakkmu, xogħol fil-ħġieġ, injam, metall, fuħħar, induratura u fotografija. Tingħata attenzjoni biex fejn hu possibbli jiġu mgħallma tekniki ġodda b’għodda moderni li jżidu l-kapaċitajiet tax-xogħol tal-parteċipanti.
Waqt il-preżentazzjonitaċ-ċertifikati, il-Ministru għal Għawdex spjegat kif dawn għandhom sinifikat, kemm għal min jirċevihom, kif ukoll għal dawk li permezz tal-ħidma tagħhom qed ikunu strumentali biex jippromwovu tagħlim fil-qasam tal-arti u s-snajja’ fil-gżira ta’ Għawdex. Il-Ministru Giovanna Debono żiedet tgħid li dan iċ-ċentru, minbarra li qed ikun strumentali biex jinżammu ħajjin tradizzjonijiet artiġjanali, qiegħed jiżviluppa f’ċentru ta’ kreattività u innovazzjoni. Dan anke permezz ta’ parteċipazzjoni f’numru ta’ proġetti li jinvolvu qsim ta’ ideat u għarfien ma’ persuni ta’ kulturi u tradizzjonijiet oħrajn.
Il-Ministru Giovanna Debonoinawgurat ukoll wirja ta’ xogħlijiet maħduma mill-parteċipanti fil-korsijiet mtella’ f’dan iċ-Ċentru. Kollha huma xogħlijiet marbuta mat-tema taċ-ċelebrazzjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Festa tal-Għid u se tibqa’ miftuħa sa nhar it-Tlieta 7 ta’ April, bejn it-8.30 a.m. u s-7.00 p.m.
Iċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti ul-Artiġjanat Wistin Camilleri, bħalissa qed jilqa’ aktar minn elf parteċipant, tfal u żgħażagħ, irġiel u nisa, ta’ etajiet li jvarjaw minn seba’ snin sa aktar minn tmenin sena.  Permezz ta’ kollaborazzjoni mal-Gozo College u ċ-ċentru ta’ matul il-jum, isiru wkoll korsijiet għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Qed isiru wkoll sessjonijiet ta’ taħriġ fix-xogħol tal-metall li għalihom qed jattendu gruppi ta’ persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol. Dawn is-sessjonijiet qed isiru b’koordinazzjoni mat-taqsima tal-ETC f’Għawdex.

DOI – 06.04.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow