Left arrow Mur Lura

IL-VIĊI PRIM MINISTRU DR TONIO BORG JESPRIMI L-KONDOLJANZI TIEGĦU LIL MINISTRU TALJAN FRANCO FRATTINI GĦAT-TRAĠEDJA LI LAQTET L-ITALJA MATUL IL-LEJL LI GĦADDA

PR0580
Date Icon 06/04/2009
Terremot qawwi matul il-lejl li għadda f’L’Aquila ħalla effetti diżastrużi, fejn sa issa diġà kien konfermat li tilfu ħajjithom 92 persuna.
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Tonio Borg, li bħalissa jinsab għal laqgħat f’ Istanbul fit-Turkija, immedjatament kiteb lil Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan Franco Frattini, fejn esprima is-sobgħa tal-poplu Malti għal din it-traġedja.
L-Ambaxxata Maltija f’Ruma bħalissa tinsabgħaddejja b’ħidma sabiex tidentifika jekk kienx hemm Maltin involuti. Huwa magħruf li f’ L’Aquila u f’belt qrib L’Aquila, bl-isem ta’ Chieti, jgħixu ħames familji Maltin. Permezz tar-rappreżentant li għandha Malta f’dan ir-reġjun, qed isir sforz biex isir kuntatt dirett ma’ dawn il-familji.
Ir-rappreżentant Taljan li jirrapreżenta lilpajjiżna f’dan ir-reġjun ukoll sofra minn din it-traġedja. Il-binja li minnha jopera ġġarfet.
Dinit-traġedja laqtet ukoll soru Maltija li tgħix fl-inħawi. Din il-persuna tilfet ir-residenza tagħha li ġġarfet kompletament. Diġà sar kuntatt telefoniku magħha b’mod dirett u hi stess assigurat lil uffiċjali Maltin li tinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba. Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg ikkonferma li l-Gvern Malti beda l-proċess sabiex din il-persuna tinġieb lura Malta.
Iktar informazzjoni tkun magħmula pubblika hekkkif ikun hemm iktar konfermi.


DOI – 06.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow