Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-UFFIĊĊJU TAL-ISKRIVAN TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI

PR0578
Date Icon 06/04/2009
Għall-finijiet ta’ rekord korrett, l-uffiċċjutal-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati, filwaqt li jirreferi għar-rapporti li dehru fil-gazzetta MaltaToday tal-Ħadd, 5 ta’ April 2009 u fil-ħarġa ta’ In-Nazzjon tal-lum, it-Tnejn, 6 ta’ April, 2009, dwar l-istedina lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista għas-seduta parlamentari tas-Sibt, 4 ta’ April li fiha ngħata l-ġurament tal-kariga l-President il-ġdid, jippreċiża dawn il-fatti.
Il-President u s-Segretarju Ġenerali taż-żewġpartiti politiċi rappreżentati fil-Parlament kienu mistiedna jattendu s-seduta parlamentari ta’ nhar is-Sibt, 4 ta’ April, liema inviti ntbagħtu l-Ġimgħa, 27 ta’ Marzu 2009.
Hekk kifdan l-Uffiċċju sar jaf li sa nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ April is-Sur Jason Micallef kien għadu ma rċeviex l-invit li kien intbagħat fir-residenza privata tiegħu, l-Iskrivan tal-Kamra ċemplet personalment lis-Sur Micallef fejn spjegat li huwa kien mistieden għall-okkażjoni, u jekk jixtieq seta’ jintbagħtlu invit ieħor fil-kwartieri tal-Partit Laburista.  Is-Sur Micallef li kien ferm kordjali, assiguraha li ma kienx hemm bżonn li jintbagħat invit ieħor peress li ma setax jattendi ċ-ċerimonja minħabba impenji oħra.


DOI – 06.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow