Left arrow Go Back

INDIRIZZ MILL-EĊĊELLENZA TIEGĦU DOTT. GEORGE ABELA, PRESIDENT TA’ MALTA – IL-PALAZZ, VALLETTA – IS-SIBT 4 TA’ APRIL 2009

PR0574
Date Icon 04/04/2009
Onorevoli Sinjuri uSinjuri,
Ippermettuli nfisserruħi hawn quddiemkom f’kelma waħda – umiltà.
Umiltà sħiħa hi dikli nħoss f’dan il-jum. Umiltà li r-rappreżentanti tal-poplu tagħna għażlu lili biex, għall-ħames snin li ġejjin, inservi u nieħu ħsieb il-Presidenza tar-Repubblika tagħna l-Maltin.
Inħoss sens ta’umiltà, u fl-istess ħin gratitudni, għall-fatt li l-Kamra tar-Rappreżentanti, għat-tieni darba biss f’erbgħa u tletin sena, ingħaqdet bi qbil tal-membri kollha preżenti, f’ċirkostanza politikament u storikament singolari, meta ġiet biex taħtar il-President ta’ Malta.
Is-sens ta’ umiltà lijaħkimni u li rridu jibqa’ jmexxini joħroġ mill-fatt kif il-poplu tagħna laqa’ bil-ferħ lil marti u lili, u kull fejn morna awgurawlna li, b’għemili fil-Presidenza, ibda mil-lum, inkun simbolu ta’ għaqda u strument kostituzzjonali imparzjali denn tal-fiduċja mqiegħda fija.
Għalija, u nħoss ligħalina lkoll, il-Presidenza hi fattur li - flimkien ma’ lsienna u l-bandiera Maltija - jagħtina l-identità tagħna bħala Maltin u Għawdxin. Identità ta’ nazzjon.

Nazzjon ċkejken, iva. Iżda wieħed kburi fit-twemmin politiku tiegħu magħġun fis-sistema demokratika, fil-ħarsien tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem u tas-sovranità sħiħa tal-liġi.  

Nazzjon żgħir,demokratiku u repubblikan, kif bnewh il-mexxejja tiegħu bħala pajjiż indipendenti u ħieles, fiduċjuż fih innifsu li jkun strument ta’ paċi u li jimxi b’rasu merfugħa fl-Unjoni Ewropea, illum f’għeluq il-ħames sena ta’ sħubija, u li jmexxi ’l quddiem politika rilevanti fl-Ewropa, fir-Reġjun tal-Mediterran u fil-bqija tad-dinja.
Bħal kull ċittadinieħor jien nagħraf li l-Presidenza, minbarra simbolu ewlieni tal-identità tagħna bħala Maltin, hi - fl-istess skiet politiku meqjus li hu obbligat iżomm il-President - simbolu ħaj ta’ awtorità morali u dinjituża. Awtorità, li għalkemm ristretta fl-ispazju tagħha, toffri potenzjal skont it-timbru li jfittex li jagħtiha min ikun qed jokkupaha.
Jien bi ħsiebninipprova li jkolli kuntatt partikolari maż-żgħażagħ u l-anzjani tagħna, ma’ persuni b’diżabilità u ma’ dawk oħrajn li wkoll għandhom ħtiġiet individwali, ma’ dawk impenjati fil-qasam tal-volontarjat u tal-isport u mal-bqija tas-soċjetà ċivili, bla ma ninsa lil ħutna Maltin u Għawdxin li jgħixu u jaħdmu f’artijiet barranin.
Inħossni mimli sensta’ umiltà – u fl-istess ħin ħerqan.
Ħerqan li din l-għaqdatal-lum tkun tixbah iż-żerriegħa evanġelika tal-mustarda li “meta tinżera’ fil-ħamrija hi l-iċken fost iż-żrieragħ kollha fuq l-art; imma wara li tinżera’ tikber u ssir l-akbar waħda fost il-ħxejjex kollha, u toħroġ friegħi wesgħin, hekk li l-għasafar tal-ajru jkunu jistgħu jistkennu għad-dell tagħha.”
Jalla ż-żerriegħatal-mustarda Maltija li qiegħda tinżera’ llum issib art għammiela f’pajjiżna biex lil din iż-żerriegħa tgħinha tinbet.
Jalla tixxettelf’siġra bi friegħi ta’ waqtiet prezzjużi ta’ għaqda li joffru frott bnin u risq kif jixraq u jixtieq il-poplu tagħna u lil din l-art ħelwa u maħbuba tagħna.
Kif jixraq f’kullDemokrazija, il-klassi politika tagħna ssib id-dinamika qawwija tagħha f’ideat u proposti opposti għal xulxin.  Ideat u proposti li jħabbtuha ma’ xulxin biex minnhom, imbagħad, joħorġu alternattivi minn fejn ikollu x’jagħżel b’mod demokratiku u ħieles il-Poplu tagħna.
Din hi d-Demokrazija deliberattiva upluralistika fejn dan it-tħabbit ma’ xulxin ta’ ideat u proposti alternattivi ma jieqaf qatt, fejn irridu naċċettaw li mhux dejjem għandna raġun u għalhekk ikun tajjeb f’dak il-każ li nibdlu fehmitna. Fejn ikun aħjar li nivvalorizzaw is-sens ta’ empatija, billi nidħlu fiż-żarbun ta’ ħaddieħor u niflu wkoll il-kwistjonijiet mil-lenti ta’ kif ħaddieħor jarahom.
Hu dan il-proċess lijagħti xiehda li d-Demokrazija tagħna hi ħajja u b’saħħitha.  Hi ta’ veru, u mhux sempliċi finta.
Sadattant, bħalf’kull Demokrazija, ikun hemm oqsma u sikwit jiġu wkoll waqtiet fejn, f’ġieħ l-istess dinamika li ssuq id-Demokrazija tagħna, ikun meħtieġ li jkollna għallinqas miżura ta’ għaqda.
Miżura li s-saħħatagħha jsaqquha l-istess ċirkostanzi li jwellduha. Miżura fejn titwettaq politika mingħajr il-politika.
Mhux se nkun jien lingħid u nisħaq x’għandhom ikunu dawn iċ-ċirkostanzi.
Ikolli ngħid,iċ-ċirkostanzi juru u jfissru ruħhom weħidhom.
Ikolli ngħid, jurihomu jfissirhom il-poplu għaqli tagħna.
Ikolli ngħid,jagħrafhom kull bniedem li ma jilbisx għamad, li għandu s-sens u d-dehen li jibqa’ jżomm saqajh mal-art.
Dan il-jum ta’ biduta’ Presidenza ġdida wasal fi żmien sabiħ għad-Demokrażija tagħna - iva.  Iżda fl-istess waqt, hu wkoll żmien mimli sfidi.
Għandna ma’ wiċċnasfida ekonomika qalila li ġejja u misjuqa mill-irwiefen u tempesti tal-ekonomija globali, ħafna drabi bla ruħ soċjali u dominata minn eċċessi u nuqqas ta’ valuri bażiċi li sfortunatament qed tħalli l-vittmi tagħha f’miljuni ta’ nies bla xogħol.

Sfida li theddidna. Iżda waħda li ġġib magħha wkoll opportunitajiet għal min għandu l-ħila u l-qalb li jagħrafhom, jeħodhom f’idejh u jsarrafhom.  

Sfida li tinkludifiha, fost oħrajn, il-ħolqien tax-xogħol, it-tagħlim kontinwu u tkabbir iżjed fl-investiment, fl-oqsma tax-xjenza, kreattività, riċerka u l-informatika, li jsaħħu l-ġejjieni tagħna bħala poplu.
Sfida li tinkludifiha l-mod kif inħarsu - jew nonqsu li nħarsu - l-ambjent tagħna.
Jekk ma nħarsuhxsewwa, dan jaggrava l-qagħda ekonomika, mhux l-inqas għat-tul.
Jekk inħarsuh kifjixraq, b’mod meqjus, mhux biss inżommu l-wirt tagħna sħiħ kemm jista’ jkun, iżda nkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna u jkollna bonus fil-forma ta’ attività ekonomika ffokata biex nagħmlu dan b’mod sostenibbli.
Għandna quddiemnawkoll sfida soċjali niggieża.
Sfida li ġejja minnsoċjetà li tifhem li ma tistax tibqa’ ankrata fl-imgħoddi.
Soċjetà li bilforstrid tinbidel u qiegħda tinbidel maż-żmien.
Mhux it-tibdilietkollha li jaslu fuqna jogħġbu lil kulħadd f’daqqa. Bħal kull soċjetà tul iż-żmien, għandna u jaf ikollna saħansitra aktar qagħdiet u interessi minoritarji.
Kif dawn il-qagħdietu interessi minoritarji jiġu magħrufa u ffaċċjati hu wieħed mill-kejl tad-Demokrazija tagħna – f’kuntest fejn jibqa’ meħtieġ u xieraq li nħarsu u nsaħħu l-valuri tradizzjonali tagħna, fosthom il-valur tal-familja, li jien inqisu bħala l-aqwa valur.
Familji soda jagħmlupajjiż sod.
Fl-istess waqt,inħoss li għandu lkoll ikollna dejjem interess wieħed li jiġi ’l fuq minn kollox u li jgħaqqadna bħala poplu.
Jiġifieri, li dintagħna tkun - u iżjed ma jgħaddi ż-żmien aktar issir - soċjetà  inklussiva bażata fuq l-obbligu tat-twettiq tal-ġustizzja soċjali u tas-solidarjetà sħiħa mal-fqir, il-batut u l-emarġinat.
Soċjetà ħanina lifiha għandu jkun hemm post għal kulħadd, hi x’inhi l-qagħda u l-kultura ta’ dak li jkun.
Soċjetà ispirata minnimpenn li taħdem għall-ġid komuni.
F’dan il-jum tal-lum,bl-akbar sens ta’ umiltà u bla ma b’ebda mod ma nqabbel ruħi miegħu, ħalluni nikkwota mid-diskors li kien għamel l-ewwel President tar-Repubblika tagħna.
Il-President SirAnthony Mamo - li mhux ta’ b’xejn ħafna jqisuh bħala fost l-akbar mill-Maltin ta’ żminijietna - fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu bħala President ta’ Malta fost kollox qal hekk:

“Kulħadd ... ... ... kulħadd għandu l-parti tiegħu x’jagħmel – hu x’inhu x-xogħol li jaqdi fis-soċjetà. Minn dan ix-xogħol, magħmul u moqdi tajjeb minn kulħadd, jiddependi l-ġid tal-pajjiż.

“Jien – komplajgħid Sir Anthony - għadni kemm ħlift li nqiegħed lili nnifsi għas-servizz tagħkom u tal-poplu kollu bħala Kap tal-Istat u bħala rappreżentant tal-għaqda u l-unità nazzjonali.  Intom ukoll, kull wieħed minnkom, għandkom taħilfu u twiegħdu fis-skiet ta’ qalbkom li taqdu l-parti tagħkom bil-għaqal, bl-onestà, mhux bl-egoiżmu jew bi spirtu sezzjonali, iżda fl-interess ta’ għajrkom u tal-pajjiż ... ... ...”
Dan hu kliem li lililaqatni meta ntqal u li jiena bqajt nixtarru tul is-snin. Hu kliem li sejjer nibqa’ ngħożżu u nimxi fuqu, bħalma se nfittex li nimxi fuq l-eżempji tajba ta’ kull min serva fil-Presidenza.  Illum f’din l-okkażjoni rrid insellmilhom ilkoll kemm huma talli kabbru s-sens ta’ Stat tul il-Presidenza tagħhom u nistqarr li nħoss li baqgħalhom kontribut x’jagħtu.
Bl-appoġġ tagħkomiħarisni, bix-xewqat tajba tal-poplu tagħna jsostnuni, bil-valuri mnissla fija minn missieri u ommi jiggwidawni, nittama li jirnexxili nagħmel dan f’servizz sfiq li nixtieq nagħti lil artna u lill-poplu tagħna fis-snin li ġejjin.

Hekk Alla jgħinni.


.../+ CV’s Malti

DOI – 04.04.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow