Tiftaħ id-19-il edizzjoni tal-wirja tal-Ġimgħa l-Kbira imtella’ mill-Korp tal-Pulizija
PR0570
03/04/2009
| Il-Ministru | għall-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor Carmelo Mifsud Bonnici llum wara nofsinhar fetaħ il-wirja annwali tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana. |
| Il-wirja, li din | is-sena qed issir għad-dsatax-il darba, igġib it-tema “Ngħixu ma’ Kristu miċ-Ċenaklu tal-Passjoni u l-Qawmien” tinkludi xeni mill-passjoni kif ukoll diversi riproduzzjonijiet magħmulin mill-melħ ta’ xogħlijiet ta’ pitturi famużi bħal Caravaggio. Ix-xogħlijiet li ttellgħu fil-wirja saru kollha minn membri tal-Korp tal-Pulizija. |
| F’diskors qasir | qabel il-ftuħ, il-Ministru Mifsud Bonnici faħħar l-inizjattiva tal-uffiċjali li tellgħu din il-wirja għax fiha qed juru li taħt l-uniformi tal-Pulizija hemm persuni tad-demm u l-laħam li jimxu fuq valuri b’saħħithom. Hu rringrazzjhom tal-paċenzja u dedikazzjoni tagħhom u talli sena wara l-oħra ikabbru n-numru ta’ esibiti fil-wirja sabiex għamlu din il-wirja waħda imfittxija ħafna mill-pubbliku Malti. |
| Il-wirja ser tkun | miftuħa għall-pubbliku bejn għada s-Sibt, sa Ħadd-il Għid. |
| DOI – | 03.04.2009 |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984