Left arrow Go Back

Tiftaħ id-19-il edizzjoni tal-wirja tal-Ġimgħa l-Kbira imtella’ mill-Korp tal-Pulizija

PR0570
Date Icon 03/04/2009
Il-Ministrugħall-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor Carmelo Mifsud Bonnici llum wara nofsinhar fetaħ il-wirja annwali tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana.
Il-wirja, li dinis-sena qed issir għad-dsatax-il darba, igġib it-tema “Ngħixu ma’ Kristu miċ-Ċenaklu tal-Passjoni u l-Qawmien” tinkludi xeni mill-passjoni kif ukoll diversi riproduzzjonijiet magħmulin mill-melħ ta’ xogħlijiet ta’ pitturi famużi bħal Caravaggio. Ix-xogħlijiet li ttellgħu fil-wirja saru kollha minn membri tal-Korp tal-Pulizija.
F’diskors qasirqabel il-ftuħ, il-Ministru Mifsud Bonnici faħħar l-inizjattiva tal-uffiċjali li tellgħu din il-wirja għax fiha qed juru li taħt l-uniformi tal-Pulizija hemm persuni tad-demm u l-laħam li jimxu fuq valuri b’saħħithom. Hu rringrazzjhom tal-paċenzja u dedikazzjoni tagħhom u talli sena wara l-oħra ikabbru n-numru ta’ esibiti fil-wirja sabiex għamlu din il-wirja waħda imfittxija ħafna mill-pubbliku Malti.
Il-wirja ser tkunmiftuħa għall-pubbliku bejn għada s-Sibt, sa Ħadd-il Għid.
DOI –03.04.2009
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow