Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT

PR0569
Date Icon 02/04/2009
Impenn fis-settur edukattiv - 600impjieg ġdid fl-iskejjel tagħna
L-awtoritajiet edukattivi humainkwetati bil-mod kif l-MUT qed tesprimi ruħha b’mod negattiv dwar il-qasam edukattiv f’pajjiżna.  Kulħadd jistenna li union serja li tixtieq taħdem għall-ġid tal-edukazzjoni u tal-ħaddiema membri tagħha titkellem b’mod ġust u ċar dwar ċertu fatti.  Fejn tidħol l-edukazzjoni tat-tfal mhux aċċetabbli li xi union tgħawweġ il-fatti u tagħmel stqarrijiet fil-media li ma jagħtux stampa ċara.  L-ebda union ma tista’ fil-pubbliku titfa’ t-tajn fuq l-amministrazzjoni u tippretendi li l-awtoritajiet edukattivi ma jagħtux risposta.
Fl-istqarrija li ħarġet il-bieraħ,l-l ta’ April 2009, l-MUT qalet li hemm ‘dewmien eżaġerat’ biex toħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet tal-Learning Support Assistant II (facilitators) mingħajr ma qalet x’inhuma r-raġunijiet għal dan id-dewmien.
Fil-każ tal-Learning SupportAssistants II, id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ħadem bis-sħiħ u fis-27 ta’ Lulju 2007 (10 ijiem biss wara l-iffirmar tal-ftehim) kienet ippubblikata sejħa għal applikazzjonijiet għal dan il-grad.  Saru l-intervisti u dawk li kisbu suċċess ingħataw il-ħatra b’effett mid-19 ta’ Diċembru 2007.  Fix-xhur li għaddew kompla x-xogħol biex issir sejħa oħra u fil-fatt il-bieraħ din is-sejħa kienet verifikata mill-Management Personnel Office u hu mistenni li s-sejħa tkun ippubblikata fil-jiem li ġejjin.  L-MUT dejjem tinżamm infurmata bil-proċess kollu li jkun għaddej.
Il-fatti huma li d-Direttoratgħal Servizzi Edukattivi tul din l-aħħar sena ħareġ sensiela twila ta’ sejħiet ta’ applikazzjoni biex jiġu ngaġġati diversi għalliema u professjonisti oħra li jagħtu appoġġ lil tfal u ż-żgħażagħ fl-iskejjel tagħna.
Fost dawn insibu s-sejħiettal-għalliema, tal-kapijiet ta’ skejjel, ta’ uffiċjali edukattivi, uffiċjali edukattivi prinċipali, trainee counsellors, trainee psychologists, trainee career advisors, youth workers, kindergarten assistants, speech therapists u occupational therapists.  Dawn barra s-sejħiet kollha li ħarġu biex jiġu impjegati uffiċjali fid-Direttorati fosthom il-Prinċipali tal-Kulleġġi, Diretturi, Assistenti Diretturi, Service Managers, Project Manager (STEPS) u Assistent Direttur (Precincts).
Tant ma hemmx l-apatija li l-MUTssemmi fl-istqarrija tagħha li l-union hi infurmata sew li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi lesta wkoll sensiela oħra ta’ sejħiet li qegħdin fil-proċess biex joħorġu fosthom għal Kapijiet tad-Dipartimenti, Precincts Officers tal-Kulleġġi, Amministraturi tal-Kulleġġi, Prefetti tad-Dixxiplina għall-Kulleġġi, College Counsellors, College Career Advisors, Social Workers, Resource Workers, Inclusive Education Specialists, Social, Emotional and Behaviour Difficulties specialists.
Wieħed ma jistax ma jsemmix ukollis-sejħiet ta’ applikazzjonijiet għall-ischolarships tal-iSTEPS, Career Guidance u l-Malta Government Scholarship Schemes.  Dan kollu apparti x-xogħol kollu kurrikulari li qed isir fl-iskejjel, ix-xogħol ta’ bini u manutenzjoni, ix-xogħol ta’ appoġġ lill-istudenti u r-riformi diversi fosthom dik tat-Tranżizzjoni mill-Primarja għas-Sekondarja u l-Politika dwar Ħiliet Bażiċi.
B’kollox mill-2008 ‘l hawn, id-Direttoratgħal Servizzi Edukattivi impjega madwar 420 għalliema u ħaddiema oħra fil-qasam edukattiv u hemm fil-proċess madwar 170 post ieħor li jridu jiġu ngaġġati n-nies għalihom biex jagħtu servizz lil tfal u żgħażagħ fil-klassijiet tagħna.  L-MUT taf sew li minn meta ffirmat il-Ftehim Kollettiv mal-Gvern ħarġu mas-36 sejħa għall-applikazzjoni fis-settur edukattiv u hemm 14 oħra li qegħdin fi stadju avanzat biex joħorġu fil-futur qrib u fil-fatt tlieta minnhom, fosthom dik tal-Learning Support Assistants II li dwarha lmentat kienu approvati l-bieraħ stess.  Fil-jiem li ġejjin se jkunu konklużi sejħiet oħra biex jimtlew postijiet fil-qasam edukattiv.
L-Awtoritijiet Edukattivijikkonkludu bil-fatti li l-MUT żgur mhux qed tkun ġusta meta tgħid li hemm apatija min-naħa tagħhom, speċjalment fejn jidħlu s-sejħiet ta’ applikazzjoni.
Dwar il-każ tal-għalliema li skont l-MUT“tkeċċiet mix-xogħol sempliċement għax kienet ma tiflaħx” id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jsostni li mhux etika min-naħa tal-Union li tirrappreżenta l-għalliema, li tirreferi għal każ partikolari ta’ għalliema u ssemieh fil-pubbliku.  Li hu żgur hu li l-fatti m’humiex kif qed tpinġihom l-union.

DOI – 02.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow