Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT B’REAZZJONI GĦALL-ISTQARRIJA TAL-KELLIEM LABURISTA GĦALL-FINANZI, CHARLES MANGION

PR0565
Date Icon 02/04/2009
L-istqarrija tal-Kelliemtal-Oppożizzjoni għall-Finanzi hi xhieda tal-fatt li l-Oppożizzjoni, filwaqt li hi moħħha biex tara kif se ddawwar iċ-ċifri kif jaqbel lilha, m’għandha ebda proposti serji dwar kif pajjiżna se jattira aktar investiment lejn pajjiżna biex jitkattru l-ġid u l-impjiegi. L-Oppożizzjoni tinsa wkoll li d-dinja għaddejja minn kriżi ekonomika internazzjonali li wasslet biex numru ta’ pajjiżi żviluppati waqgħu f’riċessjoni u jaraw il-qgħad tagħhom jisplodi. Bl-istqarrijiet negattivi tagħha l-Oppożizzjoni qed turi li m’għandhiex policies serji għal pajjiżna.
Il-kelliem tal-Oppożizzjoni jgħidli l-Gvern ma għamilx pakkett ta’ stimolu ekonomiku.  Dan hu żball.  Il-pakkett ta’ stimolu ekonomiku tħabbar fl-baġit, fejn il-Gvern ippreżenta programm li jistimola l-ekonomija li jinkludi investiment fuq medda ta’ snin f’dawk l-oqsma li għandhom l-akbar impatt dirett fuq il-postijiet tax-xogħol u l-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħna, fosthom fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fl-ambjent, u fl-inċentivi għall-investiment.
Għalkemm is-sostenibbiltàfinanzjarja tal-pajjiż tibqa’ element fundamentali għalina, għaliex tassigura li pajjiżna jibqa’ kapaċi jattira investiment barrani, il-Gvern għandu l-priorità li jara x’inhuma l-bżonnijiet immedjati tal-familji tagħna, bix-xogħol jibqa’ l-ewwel priorità. Hu għalhekk li, fost l-oħrajn, għaddejja ħidma speċifika f’żewġ setturi fost l-aktar milquta mill-kriżi internazzjonali, il-manifattura u t-turiżmu.
Fir-rigward tal-manifattura,il-Gvern qed jiltaqa’ ma’ numru ta’ kumpaniji li esperjenzaw diffikultajiet minħabba s-sitwazzjoni internazzjonali u fost ir-riżultati li nkisbu s’issa mit-taskforce maħtura apposta għal dan l-għan, insibu l-ftehim li ntlaħaq mal-Methode, mat-Trelleborg u mal-Istainless Steal li wassal biex madwar 1,400 impjegat jerġgħu lura għal 5-day-week, li jkunu evitati mijiet ta’ sensji u li saħansitra jkun attirat lejn pajjiżna investiment li jlaħħaq id-€9 miljun.
Fit-turiżmu, il-Gvern żiedil-baġit allokat lill-MTA għar-reklamar, se jiżdiedu r-rotot li fuqhom topera l-AirMalta, filwaqt li aktar lowcost airlines se jkunu qed joperaw rotot ġodda lejn Malta fix-xhur li ġejjin. Dan flimkien mal-moratorju fuq l-imgħaxijiet fuq is-self mill-banek għal-lukandi u l-inċentivi lil-lukandi 3 star li mistennija jitħabbru fil-jiem li ġejjin.
Frott il-ħidma tal-Gvern,minkejja d-diffikultajiet internazzjonali, pajjiżna mhux biss qed jirnexxilu jżomm ekonomija stabbli iżda qed ikompli jattira l-investiment. Nhar is-Sibt il-Lufthansa Technik se tkun qed tinawgura espansjoni tal-faċilitajiet tagħha li se ttella’ l-impjiegi għall-700.
Is-sena l-oħra f’pajjiżna nħolqu 7,000 impjiegġdid. Minkejja li l-kriżi internazzjonali qed tħalli impatt qawwi fuq is-suq tax-xogħol madwar l-Ewropa kollha, Malta xorta għad għandha fost l-aktar rati baxxi ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea. Filfatt, f’ċifri ppubblikati lbieraħ mill-Eurostat, juru li r-rata ta’ qgħad f’Malta hija 6.4% , filwaqt li dik taż-żona ewro hi 8.5%.

DOI – 02.04.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow