RAPPORT TAL-EWWEL SENA TA’ ĦIDMA (Marzu 2008 – Marzu 2009) MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI
FLIMKIEN NASLU B’GĦAQAL
Messagg tal-Onor George Pullicino, Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali
| MESSAGG | TAL-ONOR GEORGE PULLICINO, MINISTRU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI |
| Aktar kmieni illum il-Ministru għar-Riżorsi u | Affarijiet Rurali f’konferenza stampa ta’ rendikont tal-ewwel sena ta` ħidma tal-Ministeru. Il-Ministru George Pullicino qal li dan hu Gvern li ma jimxix għal għonq it-triq waħdu, u kien f’dan l-ispirtu li l-Ministeru nieda żewġ proċessi ta’ konsultazzjoni pubblika dwar żewġ dokumenti ta’ importanza strateġika għal pajjiżna: dawn huma l-iStrateġija Nazzjonali ta’ Miżuri ta’ Politika u Tnaqqis tal-Emmissjonijet tal-Gassijiet Serra; u l-Ewwel Reviżjoni tal-iStrateġija Nazzjonali dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart Solidu f’Pajjiżna. |
| Pajjiżna fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart | għamel avvanzi kbar tant li f’din l-aħħar sena: |
· Tkompliet ir-riabilitazzjoni tal-miżbliet il-magħluqa, u tkompla l-immodernizzar tal-impjant ta’ Sant’Antnin;
· infetħet ir-raba’ Civic Amenity Site ġewwa Ħal Luqa, filwaqt tkomplew ix-xogħolijiet sabiex titlesta wkoll dik ta’ Għawdex li għandha tinfetaħ matul din is-sena;
· tnehdiet l-iskema Irriċikla t-Tlieta, li waslet biex jitrippla l-ammont ta’ skart separat mis-sors li minnu jkun ġej;
· ingħatat importanza lill-ġenerazzjoni ta’ aktar enerġija nadifa mill-iskart; u
· komplew jiżdiedu l-Bring-in Sites.
Il-Ministru Pullicino qal dan kollu ġab u qed iġib bidla fil-mentalita’ u l-kultura ta’ kif inħarsu lejn l-iskart li niproduċu tant li llum nistgħu nitkellmu dwar kif nistgħu nipproduċu aktar enerġija nadifa mill-iskart. Il-Ministeru qed jaħdem bis-sħiħ ukoll sabiex isseħħ bidla fil-kultura u l-mentalita’ f’qasam ieħor tant importanti, dak tal-użu effiċjenti tal-enerġija. B’mod konkret:
· beda l-proċess sabiex il-familji kollha Maltin u Għawdxin jingħataw bozoz energy saving b’xejn skond id-daqs ta’ kull familja;
· ġew allokati €2 miljun ewro għax-xiri ta’ solar water heaters li permezz tagħhom, kull familja se tingħata lura nofs l-ispejjeż sa’ massimu ta’ €460, sal-bidu ta’ din il-ġimgħa l-Awtorita’ ta’ Malta dwar itr-Riżorsi irċeviet mal-1082 applikazzjoni;
· l-Awtorita rċeviet ukoll 221 applikazzjoni għal skema li tinċentiva l-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajiċi b’allokazzjoni ta’ €500,000 li tirrifondi 50% tal-investiment sa’ massimu ta’ €3,000;
· €300,000 oħra ġew allokati għal skema li tgħin fl-insulazzjoni tal-bjut u x-xiri ta’ ħġieġ double glazing fej se jkunu rifużi 33% lura mill-ispiża sa’ massimu ta’ €300, fejn għal din l-iskema ltlaqgħu sa issa 85 – il applikazzjoni;
· kompla x-xogħol li għandu jwassal biex fil-futur qrib il-Gvern iħabbar is-siti li fihom ser issir applikazzjoni għall-wind farms;
· tnehdiet il-kampanja informattiva u edukattiva Switch li tindika kif tista’ tiġi ffrankata l-enerġija b’mod prattiku; u
· fil-budget li għadda ġie ppublikat il-Pjan Nazzjonali għall-Użu Effiċċjenti tal-Enerġija.
F’dan il-Kuntest il-Ministru Pullicino ħabbar li fil-ġranet li ġejjin se jiġi ppubblikat in-National Energy Policy. Dan id-dokument jidentifika sitt oqsma principali ta’ politika; dawn huma;
- effiċjenza fl-enerġija
- tnaqqis mid-dipendenza tagħna fuq prodotti taż-żejt
- stabilita’ fuq is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-enerġija
- aktar tnaqqis fl-ammont ta’ CO2 li niġġeneraw,
- l-effiċjenza fid-distribuzzjoni tal-enerġija
- policies li jsaħħu lis-settur tal-enerġija
Il-Ministru Pullicino żied jgħid li l-ambjent huwa tabilħaqq pilastru ewlieni li fuqu hija mibnija l-politika ta’ dan il-Gvern u dan bil-fatti tant li:
- inbeda l-proġett għar-restawr ta’ sitt kilometri ta’ swar fil-Birgu, l-Belt Valletta, l-Imdina u fiċ-Ċittadella Għawdex, b’investiment ta’ €36 miljun;
- matul dawn l-aħħar tnax-il xahar inbdew ukoll mat-80 proġett mid-Dipartiment tax-Xogħolijiet li jvarjaw minn restawr, manutenzjoni u tisbiħ li minnhom 32 huma lesti, fost il-proġetti maġġuri insibu l-Pjazza ta’ Paceville li kien l-ewwel proġett ta’ dan il-Ministeru f’din il-leġislatura, Xatt is-Sajjieda f’San Ġiljan, inbeda l-proġett tax-xatt ta’ Marsaxlokk u tal-Promenade tax-Xagħjra, għaddej xogħol fuq l-area kummerċjali ta’ Tas-Sliema fejn ġa tlestew Triq il-Katidral, u Triq it-Torri. Indbew ix-xogħolijiet ukoll fuq Pjazza Sant’Anna u il-promenade ta’ Paceville fost oħrajn. Fost proġetti ta’ restaw insibu restawr fuq numru ta’ kapelli, restawr fuq il-faċċati ta’ barra tal-Kon Katridal ta’ San Gwann, restawr tal-Bibljoteka, u l-Palazz tal-Granmastru fost ħafna oħrajn;
- twaqqaf unit ġdid sabiex jieħu ħsieb il-manutenzjoni kontinwa ta’ żoni li jaqgħu direttament taħt ir-responsabilita’ tal-Gvern ċentrali;
- matul l-2008 tkompliet l-inizjattiva Tree for You (34U) fejn f’dawn l-aħħar erba’ snin tħawwlu ‘l fuq minn 70,000 siġra. Ġie organizat għat-tieni sena konsekuttiva tree planting weekend;
- sabiex l-Awtoritajiet ikollhom stampa ċara tan-numru u s-siti tas-sorsi ta’ l-ilma kollha fil-pajjiż, tajna perijodu ta’ aktar minn xahar biex matulu ssir notifika tas-sorsi (boreholes u spieri) kollha ta’ l-ilma ta’ taħt l-art li ma kienux diġa notifikati taħt l-Avviż Legali 120 ta’ l-1997. F’dan il-perijodu l-Awtorita’ Ta’ Malta dwar ir-Riżorsi rċeviet ‘l fuq minn 2,600 notifika;
- tnaddfu 115 – il ġibjun biex ikun jista’ jiġi salvat l-ilma tax-xita;
- inġabru ‘l fuq minn 50 tunnellata ta’ skart goff mill-kampanja mid-Dipartiment tal-PARKS minn 12 – il lokalita’;
- tneħħew ‘il fuq minn 10,000 poster imwaħħla abbużivament f’postijiet pubbliċi; u
- id-Dipartiment tal-Indafa Pubblika rċieva ‘l fuq minn 15,000 telefonata minn dajr privati għall-ġbir ta’ skart goff mid-djar.
- matul din l-aħħar sena saret it-transpozizzjoni kompleta tad-Direttiva Ewropea dwar l-Effiċjenza fl-Użu ta’ l-Enerġija tal-bini fil-liġi ta’ Malta.
Il-Ministru Pullicino ħabbar ukoll li t-taqsima tas-servizzi kienet impenjata fuq xogħol dwar liġijiet ġodda tant li fil-jiem li ġejjin se jingħata bidu għal-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar Regolamenti ġodda dwar il-bini. Dawn ir-regolamenti jinkludu fihom regolamenti sabiex jitħarsu l-interessi ta’ terzi persuni minn ħsarat li jistgħu jsofru waqt xogħol ta’ skavar, twaqqigħ ta’ bini jew kostruzzjoni. Dan l-abozz tlesta wkoll wara diskussjoni li saret fi ħdan il-BICC.
l-agrikoltura Maltija qatt ma rat l-investiment li rat fl-aħħar snin. Dan hu investiment li qed isir mill-bdiewa u raħħala nfushom, b’għajnuna finanzjarja minn fondi tal-Unjoni Ewropea u tal-Gvern Malti. Il-Ministru Pullicino qal li dan l-investiment qed iwassal għal titjib fil-faċilitajiet u fl-operat tal-bdiewa u r-raħħala tagħna. Fl-aħħar xhur:
- l-Aġenzija tal-Pagamenti ipproċessat aktar minn €4.6 miljuni f’għajnuna diretta lill-bdiewa u lir-raħħala;
- tnehdew 9 miżuri mill-Pjan għall-Iżvillupp Rurali 2007 -2013 li b’kollox fih 18-il miżura b’allokazzjoni finanzjarja ta’ madwar €100 miljun; u
- twaqqaf kumitat biex jippromwovi l-prodott frisk lokali li beda sensiela ta’ attivitajiet li ser isiru kull xahar biex jiġu promossi prodotti partikolari tal-biedja tagħna.
- tkompla x-xogħol fuq it-tisħiħ tas-settur tal-vitikultura tant li fost orajn llum insibu 75 inbid biċ-ċertifikazzjoni DOK u 19 ċertifikati b’IGT.
F’dan il-kuntest il-Ministru Pullicino ħabbar li l-Gvern se jkun qed jagħmel enoteka ġewwal-Belt Valletta, biex isservi ta’ vetrina tal-prodott lokali.
Biex tibqa’ tiżdied u tinżamm il-kwalita’ tal-prodott frisk lokali kif ukoll tiġi mħarsa s-saħħa tal-konsumatur u anke tal-annimali:
- it-Taqsima tas-servizzi Veterinarji wettqet numru kbir ta’ spezzjonijiet fuq farms; u
- infetħet il-faċilita’ ta’ cutting and deboning fil-Biċċerija permezz ta’ fondi mill-ħames protokoll finanzjarju mal-Gvern Taljan;
- fil-qasam tas-sajd ukoll għaddeja ħidma sabiex fost oħrajn tiġi mmodernizzata l-flotta u s-sajjieda tagħna jkunu jistgħu jibbenefikaw mill €11 –il miljun li ġew allokati mill-Fond Ewropew għas-sajd. Qed jinħadem ukoll pjan ta’ ħidma sabiex titkompla l-manutenzjoni ta’ slipways li tant huma bżonjużi għas-sajjieda kif ukoll għal kull min għandu opra tal-baħar.
Fil-qasam tar-riċerka din is-sena wkoll inħatar Chairman ġdid, filwaqt li l-MCST kompla jaħdem fuq l-implimentazzjoni tal-istrateġija dwar ir-riċerka. Din hija biss parti minn ħidma kontinwa, minsuġa bejn diversi Ministeri, fit-twettiq tal-Viżjoni 2015 li poġġa quddiemu l-Gvern. Il-Gvern jaf fejn irid jasal u jrid li jasal b’kunsens mill-aktar wiesa’ possibbli għaliex jemmen fil-prinċipju li flimkien naslu b’għaqal, temm jgħid il-Ministru Pullicino.
Din il-konferenza stampa saret fil-binja tal- Animal After Care Centre ġewwa Ta’ Qali. Dan juri kemm verament il-gvern qed jagħti attenzjoni partikolari għal ħarsien tal-annimali. Matul din l-aħħar sena twaqqaf direttorat ġdid fil-Ministeru li f’anqas minn sena ħa ħsieb kampanja għan-neutering u microchipping tal-annimali tat-triq. Dan il-proġett sewa aktar minn €174,000 u ġew trattati aktar minn 1,500 kelb u qattus tat-triq. Il-Gvern ħa ħsieb ukoll l-Għaqdiet Non-Governattivi li jieħdu ħsieb l-annimali. Tqassmu ’l fuq minn €174,000 għal proġetti ta’ xogholijiet ta’ titjib fil-faċilitajiet li xtaqu jagħmlu; dawn l-iskemi huma ntiżi li jerġgħu jitwettqu f’din is-sena. l-Ministeru Pullicino ħabbar ukoll li għaddejjin taħdidiet avvanzati ma’ NGO illi lesta toffri bi sħab mal-Gvern servizz ta’ Animal Ambulance għal ħarsien tal-annimali tat-triq.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984