WIRJA TA’ OĠĠETTI SAGRI FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL
PR0556
01/04/2009
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura | fil-Komunita’, Mario Galea, dalgħodu fetaħ wirja ta’ oġġetti sagri fis-sala Rużar Briffa fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Din is-sena l-wirja tinkludi wkoll kwadru tal-Kruċifissjoni li ġie mpitter minn wieħed mill-impjegati. |
| Fost | affarijiet li wieħed jista’ jammira hemm mejda tal-Appostli, statwi tal-Madonna u ta’ Kristu, kwadri bi xbiehat reliġjużi magħmulin bis-smid u xogħol ta’ ganutell. “Wieħed irid japprezza x-xogħol li dawn l-impjegati jagħmlu barra minn ħinhom biex ir-residenti jkollhom l-opportunita’ huma wkoll jidħlu fl-atmosfera qaddisa ta’ dawn il-festi” stqarr Mario Galea. Filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li ħadmu biex tittella’ din il-wirja s-Segretarju Parlamentari tenna jgħid li f’dawn iż-żminijiet fejn aħna nirriflettu fuq it-tbatija ta’ Kristu, il-ħsieb tagħna jdur ukoll lejn dawk il-familji li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli f’ħajjithom. |
| Il-wirja tkun miftuħa għall-pubbliku sa nhar | is-Sibt 11 ta’ April bejn id-disa’ ta’ filgħodu u s-seba’ ta’ filgħaxija. |
DOI – 01.04.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984