Left arrow Go Back

L-Ambaxxati Maltin f’eżerċizzju biex tixxerred il-kultura Maltija

PR0553
Date Icon 31/03/2009
‘Il fuq minn 70 rappreżentazzjoni kulturali fostl-ambaxxati Maltin barra minn xtutna
Matul l-aħħar tnax-il xahar l-Ambaxxati Maltinintensifikaw il-ħidma tagħhom biex il-kultura Maltija tixxerred fost il-pajjiżi li jinsabu fihom. B’kollox saru ‘l fuq minn 70 rappreżentazzjoni kulturali, fosthom dawk dwar l-arti, teatru, lingwa u dokumentarji. Dan joħroġ mid-diversi inizjattivi mwettqa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fejn iħeġġeġ lill-Ambaxxati jwettqu attivitajiet bl-għan li isem Malta jkun magħruf iktar barra minn xtutna.
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Tonio Borg sostna li l-politika barranija ta’ Malta hija waħda li tinvolvi diversi setturi tal-ħajja, għaldaqstant ma jistax jonqos li l-kultura Maltija, li fl-aħħar mill-aħħar hija mera tal-identita’ tal-pajjiż, titwassal mhux biss lill-Maltin li emigraw lejn pajjiżi oħrajn, iżda wkoll lil dawk li jixtiequ jsiru jafu iktar dwar ir-rikezza tat-talenti Maltin. Huwa kompla jispjega li l-attivitajiet kulturali li jsiru barra minn Malta mill-ambaxxati Maltin jgħinu biex ikun hemm aktar għarfien dwar Malta, bil-konsegwenza li iktar nies jitħajru jżuru pajjiżna u b’hekk inkunu qed insaħħu l-investiment u l-industrija tat-turiżmu.
Minninformazzjoni miġbura minn dan il-Ministeru insibu diversi inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxati Maltin. Ta’ min jenfasizza li l-attivitajiet kulturali ma jsirux biss f’pajjiżi li għandhom preżenza qawwija ta’ Maltin li emigraw, iżda wkoll f’pajjiżi oħra li potenzjalment jistgħu ikunu importanti għat-turiżmu.
Fl-Awstralja, f’Canberra ingħatat għajnuna biextitwaqqaf assoċjazzjoni tal-iskejjel tal-Lingwa Maltija. Fl-istess pajjiż, ingħatat għajnuna wkoll biex jittellgħu għadd ta’ wirjiet fosthom minn fotagrafi kemm Maltin kif ukoll minn dixxendenti Maltin li jgħixu fl-Awstralja.
FiVjenna, l-Ambaxxata għenet biex jittella recital minn Lydia Caruana li sar f’Settembru tas-sena li għaddiet.
Fil-qalba tal-Ewropa, fi Brussel,ingħatat għajnuna biex l-Ambaxxatur għas-Sena Ewropea tal-Kreattivita’ u l-Innovazzjoni Profs Edward de Bono, jinawgura u jippreżenta  the New Idea Symphony.
F’Kopenhagen fid-Danimarka,  Malta kienetfiċ-ċentru ta’ pjazza ewlenija f’wirja li ċċelebrat il-Ġurnata Ewropea f’Mejju li għadda. Din l-ambaxxata kienet involuta f’wirja fl-okkażżjoni tal-Indipendenza ta’ Malta, li fiha kien hemm esebiti għadd ta’ pitturi tat-18-il seklu li juru xeni tal-Port il-Kbir.
Majonqsux l-attivitajiet fil-mezzi tax-xandir tal-pajjiżi. Fosthom fl-Eġittu, l-Ambaxxatur ipparteċipa f’intervista televiżiva fuq l-istazzjon Nile TV, fl-okkażżjoni tal-Indipendenza ta’ Malta.
L-Ambaxxata Maltija fi Franzakienet waħda mill-iktar ambaxxati li taħdem favur it-tixrid tal-Kultura Maltija fid-diversi forom tagħha, dawk tal-arti, tal-lingwa, tal-fotografija, tat-teatru u oħrajn.  Ta’ min isemmi l-esebizzjoni li infetħet mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi li kienet titratta wirja dwar l-armaturi tal-Kavallieri ta’ San Ġwann li kienu żaruha mat-30,000 persuna. Attivita’ oħra li ħalliet suċċess kienet dik tal-kunċert Laudate Pueri li sar fil-Cathedrale des Invalides f’Novembru tas-sena li għaddiet, li għalih attendew iktar minn 500 persuna.  Fl-istess pajjiż, ta’ min isemmi it-taħdita li tat l-Ambaxxatriċi Maltija fi Franza, Vicki Ann Cremona fis-Senat Franċiż dwar il-Passat u l-Futur ta’ Malta, li fiha tat ħarsa lejn l-aspetti kulturali, ekonomiċi u storiċi ta’ Malta.
Fil-Ġermanja, waħda mill-iktar wirjiet ta’importanza kienet dik li ttrattat il-Belt Valletta f’wirja dwar bliet fl-Ewropa li ttellgħet f’Berlin. Għenet ukoll f’bosta wirjiet oħrajn u rappreżentazzjonijiet oħra fosthom dawk li ttellgħu mill-awtur Malti Norbert Bugeja li ppreżenta l-poeżiji tiegħu fil-Fiera tal-Kotba f’Leipzig f’Berlin, u għad-dilettanti tal-mużika, l-ambaxxata Maltija fil-Ġermanja għenet DJ popolari Malti biex jieħu sehem f’kunċert magħruf mal-Ewropa kollha.
Fil-Greċja ingħatat għajnuna biex il-grupp MaltiIn Guardia jieħu sehem f’rappreżentazzjoni ġewwa Nafpaktos li kkommemorat il-Battalja ta’ Lepanto. Ipprovdiet ritratti dwar Malta biex ikunu ppubblikati mir-Rappreżentanza tal-kummissjoni Ewropea fil-Greċja fl-okkażżjoni tal-50 anniversarju mit-Trattat ta’ Ruma.
Fl-Italja, l-Ambaxxata Maltija, flimkienmal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, għenet biex Malta tkun rappreżentata fuq stazzjonijiet televiżivi Taljani f’ħinijiet importanti, fosthom għenet żewġ koki Maltin jipparteċipaw fi programm televiżiv fuq Rai Uno u għenet fil-produzzjoni ta’ dokumentarju dwar Malta li xxandar fuq il-programm Voyager.
FiSpanja, ta’ min isemmi l-wirja li saret bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-40 anniversarju mit-twaqqif tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u Spanja. F’din l-okkażżjoni saru esebizzjonijiet mill-Malta Heritage f’mużew f’Alicante.
Fir-Renju Unit, mijiet ipparteċipaw fil-MaltaDay li ssir f’Londra li fiha saru għadd ta’ inizjattivi fosthom artistiċi u kulturali.
Fl-Istati Uniti tal-Amerika, ġew ippubblikatiartikli dwar Malta, li jitrattaw l-istorja u elementi oħrajn, f’rivista prestiġġjuża magħrufa bħala Diplomatic Connections.

DOI – 31.03.2008

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow