Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN

PR0552
Date Icon 30/03/2009
Il-Ministerutal-Ġustizzja u l-Intern, qed iwaqqaf Compliance Unit biex jara li jitwettqu  r-rakkomondazzjonijiet li għadda l-Bord tal-Inkjesta magħmul mis-Sur Emanuel Cassar, is-Sinjorina Mary Anne Agius u s-Sur Martin Scicluna li l-Gvern kien ħatar f’Awissu 2008 biex jinvestiga u janalizza l-operat tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Dan il-Unitqiegħed jitwaqqaf mhux biss biex dawn ir-rakkomandazzjonijiet amministrattivi jiddaħħlu fis-seħħ mill-aktar fis possibbli, iżda anke biex jipproponi dawk l-punti ta’ amministrazzjoni tajba u proċedura li jidhirlu li għandhom jiġu implimentati.
Il-Ministeru jqisukoll li għandhom jissaħħu l-istrutturi interni fi ħdan il-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin sabiex ikun assigurat li jinżamm il-livell ta’ dak li huwa mistenni fit-tħaddim tar-regoli u proċeduri interni.
Fl-aħħar ta’ Ġunju2009, fl-għeluq tal-proċess tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-White Paper dwar il-Ġustizzja Riparatriċi, dawn jingħaqdu fil-proċess neċessarju tal-implimentazzjoni futura ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet.
Ir-rakkomandazzjonijiet amministrattivi tal-Bord,flimkien ma’ aktar dettalji qed jiġu mehmuża f’dokument separat.

…pr05552a - Dokument tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern bir-rakkomandazzjonijiet amministrattivi tal-Bord tal-Inkjesta dwar l-operat tal-Facilita Korrettiva ta’ Kordin

DOI – 31.03.2008

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow