XOGĦLIJIET FIT-TOROQ F’GĦAWDEX
PR0551
30/03/2009
| Wara li fil-ġimgħat li għaddew inħarġu s-sejħiet | għall-offerti għas-servizz tal-immaniġġjar tal-kostruzzjoni ta’ parti mit-Triq tax-Xlendi u dik li tagħti għas-Santwarju ta’ Pinu, inħarġet sejħa għall-offerta għall-bini mill-ġdid tat-Triq ta’ Pinu. Is-sejħiet għall-offerti nħarġu hekk kif ġie mogħti l-permess ta’ l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar għall-bini mill-ġdid ta’ din it-triq. |
| Il-proġetti tal-bini ta’ parti mit-Triq | tax-Xlendi u t-Triq Ta’ Pinu, ser jinvolvu xogħol infrastrutturali li jwassal għall-bini mill-ġdid ta’ 2.5 kilometri ta’ toroq. Dawn il-proġetti se jibbenefikaw minn €8.6 miljun minn fondi Ewropej, li huma parti mill-10% ta’ fondi Ewropej li ser jintefqu f’Għawdex. Il-programm tal-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew 2007 – 2013 ser jiffinanzja 85% ta’ l-ispiża filwaqt li l-15 % l-oħra ser jintefqu minn fondi nazzjonali. |
| Il-Ministru għal Għawdex qalet li dan ix-xogħol | infrastrutturali qawwi fuq dawn it-toroq se jkun ifisser aktar titjib fl-aċċessibiltà u s-sigurtà fit-toroq f’Għawdex. |
| Il-Ministru Debono qalet ukoll li d-Dipartiment | għall-Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex bħalissa jinsab għaddej b’ħidma ta’ xogħlijiet f’numru ta’ toroq li ġarbu ħsara wara x-xita li għamlet f’dawn l-aħħar xhur. Dawn ix-xogħlijiet jinkludu xogħol ta’ manutenzjoni kif ukoll tiswija aktar intensiva fejn titqaxxar it-triq u issir applikazzjoni ta’ asfalt jaħraq. |
| Sa issa ġie applikat l-asfalt fuq parti minn | Triq Ħamet fix-Xagħra, kif ukoll parti mit-Triq Wied il-Lunzjata, parti mit-Triq Enrico Mizzi, fit-Triq ta’ Wara s-Sur u Triq it-Taflija fir-Rabat. Xogħlijiet simili huma ppjanati li jsiru fi Triq il-Kapuċċini, kif ukoll fi Triq il-Qala f’Għajnsielem, fl-inħawi magħrufa bħala ta’ Borġ Għarib. |
| Barra minn hekk sar ukoll programm ta’ | patching fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat, f’toroq fin-Nadur u fix-Xagħra, kif ukoll fit-triq tal-Qbajjar limiti ta’ Marsalforn. |
DOI - 30.03.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984