Left arrow Mur Lura

BLOKKA ĠDIDA FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL DALWAQT TAKKOMODA 144 PERSUNA

PR0550
Date Icon 30/03/2009
“Matul din is-sena ngħatat spinta kbira fuqfil-blokka Ġwanni Pawlu II fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Binja li kienet tikkonsisti fi swali qodma ġiet trasformata bi bżonnijiet u b’servizzi moderni biex issa se tkun attrezzata ħalli tilqa’ fiha 144 resident.” Dan qalu llum wara nofsinhar Mario Galea, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, meta żar dan il-proġett li issa jinsab fl-istadji finali tiegħu u se jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-blokka Ġwanni Pawlu II hija maqsuma fitlett sulari b’ 24 kamra tas-sodda. Kull kamra għandha sitt sodod kif ukoll kamra tal-banju ensuite. Mgħammar b’servizzi moderni u faċilitajiet adegwati dan huwa proġett aċċessibbli għal kulħadd iżda b’mod partikolari għall-anzjani l-aktar batuti u għal persuni li għandhom id-dimenzja. Għal dan il-għan il-kmamar tal-pjan terren se jinżebgħu b’kuluri differenti biex jiffaċilitaw l-orjentazzjoni.
Matul is-sena li għaddiet kompla wkollil-proċess ta’ mmodernizzar fis-swali l-oħra tar-Residenza San Vinċenz. Fis-sajf ġie aċċertat li kull kamra tkun mgħammra b’arja kundizzjonata. Bħalissa fir-Residenza San Vinċenz de Paul hemm 1010 residenti bil-waiting list preżenti tammonta għal 694 persuna. Fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena daħlu 307 applikazzjoni. “Dan hu kollu xhieda tal-livell ta’ kura li tiġi pprovduta lill-anzjani f’din ir-Residenza” tenna jgħid Mario Galea.
B’popolazzjoni li qed tgħix aktar ubil-livell ta’ dipendenza fost l-anzjani dejjem jiżdied id-domanda għall-aktar sodod ukoll qed tikber. Huwa kkalkulat li hawn bżonn ta’ 150 sodda aktar fis-sena. Qed jiżdied ukoll in-numru ta’ nies li għandhom il-kondizzjoni tad-dimenzja. Permezz ta’ Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropea s-sajf li għadda s-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ organizza korsijiet ta’ taħriġ għall-istaff fil-kura tad-dimenzja. Fil-preżent hawn madwar 4000 persuna li għandha din il-kundizzjoni u fi żmien għoxrin sena din iċ-ċifra se tirdoppja. Meta ta rendikont ta’ dak kollu li twettaq fil-qasam tad-dimenzja f’dawn l-aħħar tnax-il xahar Mario Galea semma li ġie ppublikat ktejjeb li tqassam lill-istaff dwar id-dimenzja kif ukoll qed jitħejja ktieb għat-tfal. Twaqqaf working group biex ifassal strateġija nazzjonli sal-aħħar ta’ din is-sena filwaqt li qed isiru taħditiet mal-Malta Dementia Society biex jiġi ntrodott Helpline għal min jieħu ħsieb qraba bid-dimenzja. “Din hija waħda mill-isfidi li għandna quddiemna għax aktar kemm jiżdied in-numru ta’ anzjani aktar jiżdied in-numru ta’ pazjenti bid-dimenzja” sostna Mario Galea.
Fil-qasam tas-saħħa mentali beda reklutaġġ ta’staff biex ikomplu jinfirxu s-servizzi fil-komunita’. L-outreach team ġie estiż għall-Kottonera kif ukoll komplew jingħataw is-servizzi għall-pazjenti u għall-familji minn fiċ-Ċentri ta’ Ħal-Qormi u Bormla. Is-sena li għaddiet 16,000 persuna bbenefikat mis-servizzi fil-Komunita’.
Fost proġetti li qed jiġu diskussi u serikunu mplimentati fix-xhur li ġejjien issemmgħu l-proġett ta’ Night Shelter fiż-Żejtun kif ukoll il-proġett pilota ta’ flatles għal Shared Supportive Housing għall-anzjani fl-Imtarfa. Mario Galea għamel referenza wkoll għas-swali St Jeanne Antide f Ħ’Attard, fejn ix-xogħol għaddej b’ritmu mgħaġġel biex b’hekk dalwaqt dawn is-swali ser jilqgħu 64 anzjan.
“L-inizjattivi li ttħieħdu din is-sena kienubosta, iżda l-isfidi li għandna quddiemna huma kbar. Madankollu jien konvint li b’għaqal u b’rieda tajba dawn l-isfidi jirnexxielna ndawwruhom f’opportunitajiet” hekk temm jgħid Mario Galea. Qabel il-waqfa tiegħu fil-Blokka l-Ġdida Ġwanni Pawlu II biex jara l-aħħar xogħlijiet, is-Segretarju Parlamentari żar swali tan-nisa fir-Residenza ta’ San Vinċenz.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow