Left arrow Mur Lura

INAWGURAZZJONI TA’ ĠNIEN PUBBLIKU F’ĦAL TARXIEN

PR0547
Date Icon 30/03/2009
Waqtinawgurazzjoni ta’ ġnien pubbliku f’Ħal Tarxien, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said, faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien għall-ħolqien ta’ post ieħor ta’ mistrieħ u rilassament fil-lokalita`. “Il-post fejn jinsab il-ġnien joħloq bilanċ mal-iżvilupp residenzjali.  L-izvilupp residenzjali u dak kummercjali huma importanti imma daqshekk iehor huwa importanti li dan l-iżvilupp nibbilanċjawh billi nsebbħu l-ambjent urban”, sostna Chris Said.
Chris Said qal li huma l-Kunsilli Lokali li jaful-aktar il-bżonnijiet u l-isfidi tal-lokalitajiet u għalhekk il-Gvern qiegħed fil-proċess li jsaħħaħhom u jgħaddilhom aktar responsabilitajiet sabiex ikunu huma li jwasslu l-pajjiż għall-objettivi li jrid jilħaq, jiġifieri li jkollna lokalitajiet sostenibbli.
B’dan il-proġett il-Kunsill Lokali ta’ ĦalTarxien qed juri li jrid jgħaqqad il-forzi tiegħu mal-Gvern Ċentrali biex flimkien itejbu l-kwalita` tal-ħajja tar-residenti. Infatti dan il-proġett sar b’għajnuna finanzjarja mill-Awtorita` tad-Djar. Inizjattivi bħal din tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien tikkumplimenta l-inizjattivi li qed jieħu l-Gvern fir-rigward ta’ lokalitajiet sostenibbli bħal ma hi l-Local Council Green Challenge Award Scheme.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said għalaqid-diskors tiegħu billi ħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali kollha biex ikomplu jaħdmu favur il-bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ħarsien tal-ambjent u hekk barra li jkunu qed jilħqu l-aspetattiva tar-residenti, jkunu qed itejbu l-kwalita` tal-ħajja.

DOI – 30.03.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow