Left arrow Mur Lura

WIRJA DWAR ĠORĠ PISANI F’GĦELUQ IL-MITT SENA MINN TWELIDU

PR0546
Date Icon 30/03/2009
Wirja ta’ manuskritti, kotba,ritratti u tifkiriet tal-poeta Għawdxi Ġorġ Pisani qed tinżamm fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex.
Din il-wirja qed tittella’fl-okkażjoni ta’ għeluq il-mitt sena mit-twelid ta’ Ġorġ Pisani. Pisani twieled fir-Rabat Għawdex nhar is-6 ta’Mejju 1909.
Waqt il-ftuħ tal-wirja,il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono sellmet lil Ġorġ Pisani għall-kontribut tiegħu bħala poeta, bħala għalliem u bħala patriott. Hija qalet li ebda persuna tal-ġenerazzjonijiet preżenti m’hi sinonima ma’ Għawdex u dak kollu li huwa Għawdxi daqs Ġorġ Pisani. Hija qalet li għalkemm tmien snin ilu twaqqaf monument f’ġieħu fir-Rabat, madanakollu l-poeżiji u l-kitbiet tiegħu huma l-monument ħaj tiegħu li għadhom jagħtu pjaċir u jgħallmu lil kull min jaqrahom.
Il-Ministru Debono semmietir-rwol ta’ Ġorġ Pisani bħala uffiċjal fid-Dipartiment tal-Informazzjoni u r-rwol tiegħu fi żmien il-gwerra, partikolarment fil-famuża ġabra tal-qamħ li permezz tagħha Malta baqgħet soda kontra l-għadu. Ġorġ Pisani kien ukoll għalliem tal-Malti fil-Liċeo ta’ Għawdex għal bosta snin.
Fost l-oġġetti għall-wirihemm korrispondenza ma’ persunaġġi prominenti fil-qasam tal-lingwa u letteratura Maltija, kif ukoll ta’ awtoritajiet ekklesjastiċi u ċivili li lkoll jixhdu r-rispett li Pisani kien igawdi għax-xogħol li wettaq.
Fis-sena 1992 Ġorġ Pisani ġiemogħti l-Medalja għall-Qadi tar-Repubblika b’rikonoxximent għax-xogħol u l-kontribut tiegħu favur Malta u Għawdex.
Il-wirja tkun miftuħamit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.30am sa’ l-4.30pm u nhar ta’ Sibt mid-9.00am sa nofsinhar.

DOI - 30.03.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow